Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62013CN0575

    Kawża C-575/13: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Amtsgericht Rüsselsheim (il-Ġermanja) fit- 12 ta’ Novembru 2013 — Thomas Etzold et vs Condor Flugdienst GmbH

    ĠU C 15, 18.1.2014, p. 10–11 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    18.1.2014   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 15/10


    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Amtsgericht Rüsselsheim (il-Ġermanja) fit-12 ta’ Novembru 2013 — Thomas Etzold et vs Condor Flugdienst GmbH

    (Kawża C-575/13)

    2014/C 15/15

    Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

    Qorti tar-rinviju

    Amtsgericht Rüsselsheim

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: Thomas Etzold, Sandra Etzold, Toni Lennard Etzold

    Konvenuta: Condor Flugdienst GmbH

    Domandi preliminari

    (1)

    Iċ-ċirkustanzi straordinarji msemmija fl-Artikolu 5(3) tar-Regolament (1) għandhom ikunu direttament relatati mat-titjira rriżervata?

    (2)

    Fil-każ li ċirkustanzi straordinarji li jkunu seħħew waqt vjaġġi preċedenti jkunu wkoll rilevanti għal titjira ulterjuri: il-miżuri raġonevoli li għandu jieħu t-trasportatur tal-ajru effettiv skont l-Artikolu 5(3) tar-Regolament għandhom ikunu intiżi biss għall-prevenzjoni taċ-ċirkustanzi straordinarji jew inkella għal-prevenzjoni ta’ dewmien twil ukoll?

    (3)

    L-interventi minn terzi li jaġixxu fuq responsabbiltà tagħhom stess u li ġew fdati b’kompiti relatati mal-attivitajiet ta’ trasportatur tal-ajru jistgħu jiġu kkunsidrati bħala li jikkostitwixxu ċirkustanzi straordinarji fis-sens tal-Artikolu 5(3) tar-Regolament?

    (4)

    Fil-każ li t-tielet domanda teħtieġ risposta pożittiva, huwa importanti għall-finijiet tal-evalwazzjoni li jkun magħruf minn min (kumpannija tal-ajru, operatur tal-ajruport, etc) ġie inkarigat it-terz?


    (1)  Ir-Regolament (KE) Nru 261/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta’ Frar 2004, li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta’ kanċellazzjoni jew dewmien twil ta’ titjiriet, u li […] jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 295/91 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 7, Vol. 8, p. 10).


    Top