Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62013CN0535

    Kawża C-535/13: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Protodikeio Athinon (il-Greċja) fl- 10 ta’ Ottubru 2013 — Honda Giken Kogyo Kabushiki Kaisha vs Maria Patmanidi AE

    ĠU C 377, 21.12.2013, p. 6–7 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    21.12.2013   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 377/6


    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Protodikeio Athinon (il-Greċja) fl-10 ta’ Ottubru 2013 — Honda Giken Kogyo Kabushiki Kaisha vs Maria Patmanidi AE

    (Kawża C-535/13)

    2013/C 377/13

    Lingwa tal-kawża: il-Grieg

    Qorti tar-rinviju

    Protodikeio Athinon

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrent: Honda Giken Kogyo Kabushiki Kaisha

    Konvenuta: Maria Patmanidi AE

    Domandi preliminari

    Liema huwa l-kamp ta’ applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 7 tad- Direttiva 89/104/KEE (1) (li sar l-Artikolu 7 tad-Direttiva 2008/95/KE (2)) u tal-Artikolu 13 tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (3) [li sar l-Artikolu 13 tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (4)], f’dak li jikkonċerna d-dritt tal-proprjetarju ta’ trade mark li jipprojbixxi l-importazzjoni parallela fit-territorju tal-Unjoni Ewropea u taż-Żona Ekonomika Ewropea ta’ prodotti tiegħu li jkunu ġew immanifatturati jew li tqiegħdu fis-suq għall-ewwel darba f’pajjiż barra mill-Unjoni Ewropea u miż-Żona Ekonomika Ewropea, b’mod partikolari meta jkun fir-rigward ta’ prodotti li għalihom ikun jeżisti marġini ta’ qligħ kbir u marġini kunsiderevoli ta’ għafsa tal-prezzijiet, sitwazzjoni li tirriżulta wkoll mill-flutwazzjonijiet tal-politika tal-prezz, u/jew meta l-importazzjonijiet paralleli jistgħu joħolqu tnaqqis fil-prezz kbir għall-konsumatur finali, b’benefiċċju kbir għalih u għall-kompetizzjoni, bħal fil-każ ta’ spare parts għal vetturi bil-mutur tat-tipi kollha, fid-dawl u b’konsegwenza tad-dispożizzjonijiet segwenti, ikkunsidrati waħidhom u flimkien:

    (a)

    l-Artikoli 101 u 102 TFUE;

    (b)

    l-Artikoli I, XI(1), III(4) u XX(d), tal-GATT tal-1994 u dan tal-aħħar b’mod ġenerali; u

    (c)

    l-Artikoli I u [X]XIV tal-GATT tal-1994, u b’mod iktar partikolari inkwantu għall-punt ta’ jekk dawn id-dispożizzjonijiet tal-aħħar jestendux l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 7(1) tad-Direttiva 2008/95/KE u tal-Artikolu 13(1) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 għal prodotti li jitiegħdu fis-suq fl-Istati li huma membri tal-GATT tal-1994 u jekk iqumux kwistjonijiet ta’ reċiproċità bejniethom ?


    (1)  L-ewwel Direttiva tal-Kunsill 89/104/KEE, tal-21 ta’ Diċembru 1988, biex jiġu approssimati l-liġijiet tal-Istati Membri dwar it-trade marks (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 17, Vol.1, p. 92).

    (2)  Direttiva 2008/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat- 22 ta’ Ottubru 2008, biex jiġu approssimati l-liġijiet tal-Istati Membri dwar it-trade marks (ĠU L 299, p. 25).

    (3)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94, tal-20 ta’ Diċembru 1993, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 17, Vol. 1, p. 146).

    (4)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas-26 ta’ Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU L 78, p. 1).


    Top