This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62013CN0458
Case C-458/13: Request for a preliminary ruling from the Bundesgerichtshof (Germany) lodged on 19 August 2013 — Andreas Grund acting as administrator in the insolvency proceedings concerning the assets of SR-Tronic GmbH, and Others v Nintendo Co. Ltd. and Nintendo of America Inc.
Kawża C-458/13: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesgerichtshof (il-Ġermanja) fid- 19 ta’ Awwissu 2013 — Andreas Grund, bħala mandatarju likwidatur ta’ SR-Tronic GmbH et vs Nintendo Co. Ltd u Nintendo of America Inc.
Kawża C-458/13: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesgerichtshof (il-Ġermanja) fid- 19 ta’ Awwissu 2013 — Andreas Grund, bħala mandatarju likwidatur ta’ SR-Tronic GmbH et vs Nintendo Co. Ltd u Nintendo of America Inc.
ĠU C 344, 23.11.2013, p. 43–44
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
23.11.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 344/43 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesgerichtshof (il-Ġermanja) fid-19 ta’ Awwissu 2013 — Andreas Grund, bħala mandatarju likwidatur ta’ SR-Tronic GmbH et vs Nintendo Co. Ltd u Nintendo of America Inc.
(Kawża C-458/13)
2013/C 344/74
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Bundesgerichtshof
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Andreas Grund, bħala mandatarju likwidatur ta’ SR-Tronic GmbH, Jürgen Reiser, Dirk Seidler
Konvenuti: Nintendo Co. Ltd, Nintendo of America Inc.
Domanda preliminari
L-Artikolu 1(2)(a) tad-Direttiva 2001/29/CE (1) huwa kuntrarju għall-applikazzjoni ta’ dispożizzjoni ta’ traspożizzjoni (fil-każ ineżami l-Artikolu 95a(3) UrhG (Gesetz über Urheberrecht und verwandte Schutzrechte — Urheberrechtsgesetz), Liġi dwar id-drittijiet tal-awtur u d-drittijiet relatati) fid-dritt nazzjonali tal-Artikolu 6(2) ta’ din id-direttiva, meta l-miżura teknika inkwistjoni tipproteġi fl-istess ħin mhux biss xogħlijiet jew oġġetti oħra protetti, iżda wkoll programmi tal-kompjuter?
(1) Direttiva 2001/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-22ta’ Mejju 2001 dwar l-armonizzazzjoni ta’ ċerti aspetti ta’ drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati fis-soċjetà tal-informazzjoni (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 17, Vol. 1, p. 230).