Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62013CN0300

    Kawża C-300/13: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Superior de Justicia de la Comunidad Valenciana (Spanja) fit- 30 ta’ Mejju 2013 — Ayuntamiento de Benferri vs Consejería de Infraestructuras y Transporte, Iberdrola Distribución Eléctrica SAU

    ĠU C 226, 3.8.2013, p. 5–6 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
    ĠU C 226, 3.8.2013, p. 3–3 (HR)

    3.8.2013   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 226/5


    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Superior de Justicia de la Comunidad Valenciana (Spanja) fit-30 ta’ Mejju 2013 — Ayuntamiento de Benferri vs Consejería de Infraestructuras y Transporte, Iberdrola Distribución Eléctrica SAU

    (Kawża C-300/13)

    (2013/C 226/09)

    Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

    Qorti tar-rinviju

    Tribunal Superior de Justicia de la Comunidad Valenciana, Sala de lo Contencioso-Administrativo, Sección 1

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: Ayuntamiento de Benferri

    Konvenuti: Consejería de Infraestructuras y Transporte, Iberdrola Distribución Eléctrica SAU

    Domandi preliminari

    (1)

    Il-kunċett ta’ “[i]l-bini ta’ kejblijiet ta’ l-elettriku fil-għoli b’voltaġġ ta’ 220 kV jew iktar u tul ta’ iktar minn 15-il km” li jinsab fil-punt 20 tal-Anness I tad-Direttiva 85/337 (1), kif emendata bid-Direttiva 97/11, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-uniċi installazzjonijiet elettriċi li dan ikopri huma l-kejblijiet tal-elettriku fil-għoli li jilħqu dawn iż-żewġ limiti?

    (2)

    Il-kunċett ta’ “[…] it-trasmissjoni ta’ l-enerġija elettrika permezz ta’ kejblijiet fil-għoli” li jinsab fil-punt 3(b) tal-Anness II tad-Direttiva 85/337, kif emendata bid-Direttiva 97/11 (2), għandu jiġi interpretat fis-sens li l-uniċi installazzjonijiet ta’ trażmissjoni ta’ enerġija elettrika li dan ikopri huma l-kejblijiet fil-għoli? Fil-każ ta’ risposta negattiva:

    (3)

    Il-kunċett ta’ “[…] it-trasmissjoni ta’ l-enerġija elettrika permezz ta’ kejblijiet fil-għoli” li jinsab fil-punt 3(b) tal-Anness II tad-Direttiva 85/337 għandu jiġi interpretat fis-sens li dan ikopri s-substazzjonijiet ta’ trasformazzjoni?

    (4)

    Il-kunċett ta’ “[…] it-trasmissjoni ta’ l-enerġija elettrika permezz ta’ kejblijiet fil-għoli” li jinsab fil-punt 3(b) tal-Anness II tad-Direttiva 85/337 għandu jiġi interpretat fis-sens li dan ikopri s-substazzjonijiet ta’ trasformazzjoni, minkejja li l-bini jew l-estensjoni tagħhom iseħħ permezz ta’ proġett li ma jinkludix il-bini ta’ kejbil fil-għoli?


    (1)  Direttiva tal-Kunsill 85/337/KEE, tas-27 ta’ Ġunju 1985, dwar l-istima tal-effetti ta’ ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 1, p. 248).

    (2)  Direttiva tal-Kunsill 97/11/KE, tat-3 ta’ Marzu 1997, li temenda d-Direttiva 85/337/KEE dwar l-istima tal-effetti ta’ ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 3, p. 151).


    Top