Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62013CA0338

    Kawża C-338/13: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tas- 17 ta Lulju 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Verwaltungsgerichtshof – l-Awstrija) – Marjan Noorzia vs Bundesministerin für Inneres (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Dritt għar-riunifikazzjoni tal-familja — Direttiva 2003/86/KE — Artikolu 4(5) — Leġiżlazzjoni nazzjonali li titlob li l-isponsor u l-konjuġi jkunu għalqu l-età ta’ 21 sena fil-mument tas-sottomissjoni tal-applikazzjoni għar-riunifikazzjoni — Interpretazzjoni konformi)

    ĠU C 315, 15.9.2014, p. 18–18 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    15.9.2014   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 315/18


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tas-17 ta Lulju 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Verwaltungsgerichtshof – l-Awstrija) – Marjan Noorzia vs Bundesministerin für Inneres

    (Kawża C-338/13) (1)

    ((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Dritt għar-riunifikazzjoni tal-familja - Direttiva 2003/86/KE - Artikolu 4(5) - Leġiżlazzjoni nazzjonali li titlob li l-isponsor u l-konjuġi jkunu għalqu l-età ta’ 21 sena fil-mument tas-sottomissjoni tal-applikazzjoni għar-riunifikazzjoni - Interpretazzjoni konformi))

    2014/C 315/26

    Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

    Qorti tar-rinviju

    Verwaltungsgerichtshof

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: Marjan Noorzia

    Konvenuta: Bundesministerin für Inneres

    Dispożittiv

    L-Artikolu 4(5) tad-Direttiva tal-Kunsill 2003/86/KE, tat-22 ta’ Settembru 2003, dwar id-dritt għal riunifikazzjoni tal-familja, għandu jiġi interpretat fis-sens li din id-dispożizzjoni ma tipprekludix leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi li l-konjuġi u l-imsieħba rreġistrati għandhom ikunu għalqu 21 sena fil-mument tas-sottomissjoni tal-applikazzjoni sabiex jitqiesu li huma membri tal-familja eliġibbli għal riunifikazzjoni.


    (1)  ĠU C 233, 10.08.2013


    Top