Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62012TN0021

    Kawża T-21/12: Rikors ippreżentat fis- 17 ta’ Jannar 2012 — Alfacam et vs Il-Parlament

    ĠU C 89, 24.3.2012, p. 27–28 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    24.3.2012   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 89/27


    Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Jannar 2012 — Alfacam et vs Il-Parlament

    (Kawża T-21/12)

    2012/C 89/45

    Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

    Partijiet

    Rikorrenti: Alfacam (Lint, il-Belġju); Via Storia (Schiltigheim, Franza); DB Video Productions (Aartselaar, il-Belġju); IEC (Rennes, Franza); u European Broadcast Partners (EUBROPA) (Aartselaar) (rappreżentant: B. Pierart, avukat)

    Konvenut: Il-Parlament Ewropew

    Talbiet

    Ir-rikorrenti jitolbu lill-Qorti Ġenerali jogħġobha:

    tannulla d-deċiżjoni adottata mill-Parlament Ewropew fit-18 ta’ Novembru 2011 li tattribwixxi lill-kumpannija Belġjana b’responsabbiltà limitata WATCH TV S.A. il-kuntratt EP/DGCOMM/AV/11/11, lott 1 Provvista ta’ servizzi vidjow, radju u multimedja — Servizzi li għandhom jiġu pprovduti lill-Parlament Ewropew fi Brussell;

    konsegwentement, tannulla d-deċiżjoni adottata mill-Parlament Ewropew li ma għażilx l-offerta tal-ewwel erba’ rikorrenti, li aġixxew fil-kuntest tal-assoċjazzjoni temporanja EUROPEAN BROACAST PARTNERS, liema offerta ġiet ikklassifikata fit-tieni post għall-kuntratt EP/DGCOMM/AV/11/11, lott 1 Provvista ta’ servizzi vidjow, radju u multimedja — Servizzi li għandhom jiġu pprovduti lill-Parlament Ewropew fi Brussell;

    tikkundanna lill-Parlament Ewropew għall-ispejjeż tal-kawża.

    Motivi u argumenti prinċipali

    Insostenn tar-rikors, ir-rikorrenti jinvokaw motiv wieħed ibbażat fuq il-ksur tal-Artikolu 94 tar-Regolament Finanzjarju (1), sa fejn l-offerta tal-offerent magħżul tikkontjeni dikjarazzjonijiet foloz b’tali mod li dan l-offerent kellu jiġi eskluż mill-għoti tal-kuntratt.


    (1)  Regolament tal-Kunsill (KE, EURATOM) Nru 1605/25, tal-25 ta’ Ġunju 2002, rigward ir-Regolament Finanazjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 4, p. 74).


    Top