Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62012TB0240

    Kawża T-240/12 u T-211/13: Digriet tal-Qorti Ġenerali tas- 7 ta’ Marzu 2014 – Eni vs Il-Kummissjoni ( “Kompetizzjoni  — Akkordji  — Suq tal-gomma butadiene u tal-gomma styrene-butadiene magħmula bil-proċess ta’ polimerizzazzjoni permezz ta’ emulsjoni  — Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE  — Annullament parzjali u tibdil mill-Qorti Ġenerali tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni  — Tkomplija tal-proċedura  — Dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet ġdida  — Għeluq tal-proċedura  — Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni” )

    ĠU C 135, 5.5.2014, p. 36–37 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    5.5.2014   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 135/36


    Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Marzu 2014 – Eni vs Il-Kummissjoni

    (Kawża T-240/12 u T-211/13) (1)

    ((“Kompetizzjoni - Akkordji - Suq tal-gomma butadiene u tal-gomma styrene-butadiene magħmula bil-proċess ta’ polimerizzazzjoni permezz ta’ emulsjoni - Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE - Annullament parzjali u tibdil mill-Qorti Ġenerali tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni - Tkomplija tal-proċedura - Dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet ġdida - Għeluq tal-proċedura - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”))

    2014/C 135/46

    Lingwa tal-kawża: it-Taljan

    Partijiet

    Rikorrenti: Eni SpA (Ruma, l-Italja) (rappreżentanti: G. M. Roberti u I. Perego, avukati)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: V. Bottka, G. Conte, R. Striani u T. Vecchi, aġenti)

    Suġġett

    Fil-Kawża T-240/12, talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni inkluża f’ittra tat-23 ta’ April 2012, li tesprimi lir-rikorrenti l-intenzjoni tal-Kummissjoni li titkompla l-proċedura u li tadotta dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet ġdida u, fil-Kawża T-210/13, talba għall-annullament tad-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni C (2013) 1200 finali, tas-26 ta’ Frar 2013, u C (2013) 1199 finali, tas-27 ta’ Frar 2013, li titkompla l-proċedura u li r-rikorrenti tiġi kkomunikata b’dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet ġdida fil-Każ AT. 40032 – BR/ESBR – Reċidiva, wara l-annullament parzjali mill-Qorti Ġenerali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2006) 5700 finali, tad-29 ta’ Novembru 2006, dwar proċedura għall-applikazzjoni tal-Artikolu 81 [KE] u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/F/38.638 – Gomma butadiene u gomma styrene-butadiene magħmula bil-proċess ta’ polimerizzazzjoni permezz ta’ emulsjoni).

    Dispożittiv

    1)

    Il-Kawżi T-240/12 u T-211/13 huma magħquda għall-finijiet tad-digriet.

    2)

    Ma għadx hemm lok li tingħata deċiżjoni fuq dan ir-rikors.

    3)

    Eni SpA u l-Kummissjoni Ewropea għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.


    (1)  ĠU C 217, 21.7.2012.


    Top