Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62012TA0149

Kawża T-149/12: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas- 16 ta’ Jannar 2014 — Investrónica vs UASI — Olympus Imaging (MICRO) ( “Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva MICRO — Trade mark figurattiva nazzjonali preċedenti micro — Raġuni relattiva għal rifjut — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Xebh tas-sinjali — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 — Setgħa ta’ bdil” )

ĠU C 52, 22.2.2014, p. 34–34 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

22.2.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 52/34


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Jannar 2014 — Investrónica vs UASI — Olympus Imaging (MICRO)

(Kawża T-149/12) (1)

(Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva MICRO - Trade mark figurattiva nazzjonali preċedenti micro - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Xebh tas-sinjali - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Setgħa ta’ bdil)

2014/C 52/62

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Investrónica, SA (Madrid, Spanja) (rappreżentanti: E. Seijo Veiguela u J.L. Rivas Zurdo, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: P. Geroulakos, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Olympus Imaging Corp. (Tokyo, il-Ġappun) (rappreżentant: C. Opatz, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI tal-31 ta’ Jannar 2012 (Każ R 347/2011 4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Investrónica, SA u Olympus Imaging Corp.

Dispożittiv

(1)

Id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) tal-31 ta’ Jannar 2012 (Każ R 347/2011-4) hija annullata.

(2)

L-oppożizzjoni hija milqugħa fir-rigward tal-prodotti li jaqgħu fil-klassi 9 u li jikkorrispondu għad-deskrizzjoni li ġejja: “Apparat u strumenti fotografiċi, kameras numeriċi, lentijiet interkambjabbli u l-parts u l-aċċessorji tagħhom inklużi fil-klassi 9”.

(3)

L-UASI għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll nofs l-ispejjeż sostnuti minn Investrónica, SA.

(4)

Olympus Imaging Corp. għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll nofs l-ispejjeż sostnuti minn Investrónica.


(1)  ĠU C 194, 30.6.2012


Top