EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62012TA0131

Kawża T-131/12: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-5 ta’ Mejju 2015 – Spa Monopole vs UASI – Orly International (SPARITUAL) (“Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja verbali SPARITUAL — Trade marks Benelux verbali u figurattivi preċedenti SPA u LES THERMES DE SPA — Raġuni relattiva għal rifjut — Artikolu 8(5) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”)

ĠU C 205, 22.6.2015, p. 26–26 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

22.6.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 205/26


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-5 ta’ Mejju 2015 – Spa Monopole vs UASI – Orly International (SPARITUAL)

(Kawża T-131/12) (1)

((“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja verbali SPARITUAL - Trade marks Benelux verbali u figurattivi preċedenti SPA u LES THERMES DE SPA - Raġuni relattiva għal rifjut - Artikolu 8(5) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”))

(2015/C 205/34)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Spa Monopole, compagnie fermière de Spa SA/NV (Spa, il-Belġju), (rappreżentanti: L. De Brouwer, E. Cornu u É. De Gryse, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: J. Crespo Carrillo u A. Folliard-Monguiral, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Orly International, Inc. (Van Nuys, California, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: P. Kremer u J. Rotsch, avukati)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tad-9 ta’ Jannar 2012 (Każ R 2396/2010-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Spa Monopole, compagnie fermière de Spa SA/NV u Orly International, Inc.

Dispożittiv

1.

Id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u disinni) (UASI) tad-9 ta’ Jannar 2012 (Każ R 2396/2010-1) hija annullata.

2.

L-UASI u Orly International, Inc. huma kkundannati jsostnu l-ispejjeż tagħhom kif ukoll l-ispjjeż ta’ Spa Monopole, compagnie fermière de Spa SA/NV.


(1)  ĠU C 165, 09.06.2012.


Top