Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62012FN0157

    Kawża F-157/12: Rikors ippreżentat fil- 21 ta’ Diċembru 2012 — ZZ vs Il-Parlament

    ĠU C 71, 9.3.2013, p. 31–31 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    9.3.2013   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 71/31


    Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Diċembru 2012 — ZZ vs Il-Parlament

    (Kawża F-157/12)

    2013/C 71/56

    Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

    Partijiet

    Rikorrent: ZZ (rappreżentanti: S. Rodrigues, A. Tymen, avukati)

    Konvenuta: Il-Parlament Ewropew

    Suġġett

    L-annullament tad-deċiżjoni li taħtar f’kariga ġdida lir-rikorrent u tad-deċiżjoni impliċita li tittermina, b’effett retroattiv, il-funzjonijiet tiegħu bħala konsulent tad-direttur ta’ direttorat tal-Parlament Ewropew u talba għall-kumpens għad-dannu subit.

    Talbiet tar-rikorrent

    tannulla d-deċiżjoni tal-20 ta’ Ġunju 2012 li tiċħad l-ilment tiegħu mressaq kontra d-deċiżjoni dwar il-ħatra fil-kariga l-ġdida tal-20 ta’ Marzu 2012;

    tannulla d-deċiżjoni tal-President tal-Parlament Ewropew, tal-20 ta’ Marzu 2012, li tterminat, b’effet retroattiv mill-15 ta’ Marzu 2012, il-funzjonijiet tar-rikorrent bħala konsulent tad-direttur u li ttrasferieh, f’din l-istess data, għal dipartiment ieħor bħala konsulent;

    tirrikonoxxi d-dannu li r-rikorrent soffra fuq diversi livelli (saħħa, dinjità, reputazzjoni professjonali, telf ta’ opportunitajiet indaqs fl-evoluzzjoni tal-karriera professjonali tiegħu) minħabba imġiba li toħloq fastidju u amministrazzjoni żbaljata li seħħew mingħajr soluzzjoni b’mod kontinwu, mill-2009;

    tordna l-ħlas ta’ kumpens għal dan id-dannu billi tagħti lir-rikorrent d-danni li jammontaw għal mhux iktar mill-valur ekwu ta’ EUR 400 000;

    tikkundanna lill-Parlament għall-ispejjeż kollha.


    Top