Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62012FN0016

    Kawża F-16/12: Rikors ippreżentat fl- 10 ta’ Frar 2012 — ZZ vs Il-Kummissjoni

    ĠU C 138, 12.5.2012, p. 33–33 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    12.5.2012   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 138/33


    Rikors ippreżentat fl-10 ta’ Frar 2012 — ZZ vs Il-Kummissjoni

    (Kawża F-16/12)

    (2012/C 138/76)

    Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

    Partijiet

    Rikorrenti: ZZ (rappreżentanti: P. Nelissen Grade u G. Leblanc, avukati)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

    Suġġett

    L-annullament tad-deċiżjoni sabiex tinbidel unilaterlament l-assenjazzjoni tar-rikorrenti.

    Talbiet tar-rikorrenti

    jannulla d-deċiżjoni ta’ assenjazzjoni tal-Awtorità tal-Ħatra tal-1 ta’ Frar 2012 li tassenja lir-rikorrenti fl-unità D5 minflok fl-unità A4;

    jikkundanna lill-Kummissjoni tħallas lir-rikorrenti ammont ta’ EUR 3 000 bħala kumpens għal danni morali;

    jikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.


    Top