Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62012FN0001

    Kawża F-1/12: Rikors ippreżentat fit- 2 ta’ Jannar 2012 — ZZ vs Il-Qorti tal-Awdituri tal-Unjoni Ewropea

    ĠU C 133, 5.5.2012, p. 29–29 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    5.5.2012   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 133/29


    Rikors ippreżentat fit-2 ta’ Jannar 2012 — ZZ vs Il-Qorti tal-Awdituri tal-Unjoni Ewropea

    (Kawża F-1/12)

    2012/C 133/57

    Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrent: ZZ (rappreżentanti: S. Rodrigues, A. Blot, A. Tymen, avukati)

    Konvenuta: Il-Qorti tal-Awdituri tal-Unjoni Ewropea

    Suġġett

    L-annullament tad-deċiżjoni tal-Qorti tal-Awdituri li tiċħad it-talba għal kumpens għat-telf subit.

    Talbiet tar-rikorrent

    Tannulla d-deċiżjoni tal-21 ta’ Jannar 2011 li tiċħad it-talba tiegħu għal kumpens għat-telf subit minħabba l-irtir tiegħu b’pensjoni ta’ invalidità;

    jekk ikun meħtieġ, tannulla d-deċiżjoni tat-22 ta’ Settembru 2011 li tiċħad l-ilment tiegħu tal-1 ta’ Marzu 2011;

    tikkumpensah għat-telf subit;

    tikkundanna lill-Qorti tal-Awdituri għall-ispejjeż.


    Top