Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62012FB0137

    Kawżi magħquda F-137/12, F-138/12, F-139/12 u F-141/12: Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tat- 13 ta’ Diċembru 2013 — Van Oost, Ibarra de Diego, Theodoridis u Hotz vs Il-Kummissjoni (Servizz pubbliku — Uffiċjali — Promozzjoni — Proċedura ta’ ċertifikazzjoni 2010-2011 — Esklużjoni mil-lista ta’ uffiċjali ċċertifikati — Ftehim bonarju fuq inizjattiva tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku — Terminu għall-ilment — Ilment imressaq wara l-iskadenza tat-terminu — Kunċett ta’ żball skużabbli — Diliġenza rikjesta minn uffiċjal normalment informat — Informazzjoni miksuba permezz tat-telefon — Prova — Inammissibbiltà)

    ĠU C 31, 1.2.2014, p. 21–21 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    1.2.2014   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 31/21


    Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tat-13 ta’ Diċembru 2013 — Van Oost, Ibarra de Diego, Theodoridis u Hotz vs Il-Kummissjoni

    (Kawżi magħquda F-137/12, F-138/12, F-139/12 u F-141/12) (1)

    (Servizz pubbliku - Uffiċjali - Promozzjoni - Proċedura ta’ ċertifikazzjoni 2010-2011 - Esklużjoni mil-lista ta’ uffiċjali ċċertifikati - Ftehim bonarju fuq inizjattiva tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku - Terminu għall-ilment - Ilment imressaq wara l-iskadenza tat-terminu - Kunċett ta’ żball skużabbli - Diliġenza rikjesta minn uffiċjal normalment informat - Informazzjoni miksuba permezz tat-telefon - Prova - Inammissibbiltà)

    2014/C 31/36

    Lingwa tal-kawża:il-Franċiż

    Partijiet

    Rikorrenti: Fabrice Van Oost (Ville Pommerœul, il-Belġju), Maria Belén Ibarra de Diego (Alicante, Spanja), Nicolaos Theodoridis (Soignies, il-Belġju) u Margarita Hotz (Brussell, il-Belġju) (rappreżentant: S. Pappas, avukat)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: G. Berscheid u C. Berardis-Kayser, aġenti)

    Suġġett

    Talba għal annullament tad-deċiżjoni tal-EPSO li ma tinkludix lir-rikorrent fil-lista ta’ persuni li għaddew mill-eżaminijiet ta’ tmiem it-taħriġ li jsir fil-kuntest tal-proċedura ta’ ċertifikazzjoni kif ukoll talba għad-danni.

    Dispożittiv

    (1)

    Il-Kawżi F-137/12, F-138/12 u F-139/12 huma mħassra mir-reġistru tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku.

    (2)

    Il-partijiet fil-Kawżi F-137/12, F-138/12 u F-139/12 għandhom ibatu l-ispejjeż skont il-ftehim tagħhom.

    (3)

    Ir-rikors fil-Kawża F-141/12 huwa miċħud bħala inammissibbli.

    (4)

    M. Hotz għandha tbati l-ispejjeż tagħha u hija kkundannata għall-ispejjeż sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea fil-kuntest tal-Kawża F-141/12.


    (1)  ĠU C 26, 26.01.2013, p. 75 u 76.


    Top