Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62012CN0591

    Kawża C-591/12: Appell ippreżentat fl- 10 ta’ Diċembru 2012 minn Bimbo, SA mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) fl- 10 ta’ Ottubru 2012 fil-Kawża T-569/10 — Bimbo, SA vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

    ĠU C 55, 23.2.2013, p. 6–7 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    23.2.2013   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 55/6


    Appell ippreżentat fl-10 ta’ Diċembru 2012 minn Bimbo, SA mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) fl-10 ta’ Ottubru 2012 fil-Kawża T-569/10 — Bimbo, SA vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

    (Kawża C-591/12)

    2013/C 55/09

    Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Partijiet

    Appellanti: Bimbo, SA (rappreżentanti: C. Prat, avukat, R. Ciullo, Barrister)

    Partijiet oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni); Panrico SA

    Talbiet tal-appellanti

    tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali (is-Seba’ Awla) tal-10 ta’ Ottubru 2012, fil-Każ T-569/10;

    tannulla d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI tas-7 ta’ Ottubru 2010 (Każ R 838/2009-4), peress li tikser l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009 (1);

    tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

    Aggravji u argumenti prinċipali

    Insostenn tal-appell, l-appellanti tqajjem eċċezzjoni unika, billi jallega ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.

    B’mod partikolari, l-appellanti ssostni li l-Qorti Ġenerali:

    (a)

    wetqet żball ta’ liġi, sa fejn hija attribwit rwol indipendenti u distint lill-element DOUGHNUTS unikament ibbażat fuq l-allegazzjoni li kellu rwol medju distint u li kien totalment mingħajr tifsira għall-konsumatur medju Spanjol u, konsegwentement, ma kienx jifforma unità sħiħa jew unità loġika mal-komponent BIMBO, mingħajr ma spjegat ir-raġunijiet għalfejn il-karattru medju distintiv tal-komponent DOGHNUTS jew in-nuqqas ta’ tifsira għal dan il-komponent ikun awtomatikament jagħti lil dak il-komponent karattru indipendenti u distintiv fil-perċezzjoni tal-pubbliku rilevanti; u

    (b)

    wetqet żball ta’ liġi, sa fejn hija bbażat is-sejba li kien hemm probabbiltà ta’ konfużjoni, essenzjalment, fuq il-preżunzjoni li l-element DOUGHNUTS għandu rwol indipendenti u distint, mingħajr ma ħadet inkunsiderazzjoni l-fatturi kollha speċifiċi għall-każ, b’mod partikolari, il-fatt li l-ewwel komponent tat-trade mark komposta kien trade mark li kellha reputazzjoni. Fi kliem ieħor, il-Qorti Ġenerali interpretat id-dottrina Medion bħala li tfisser li sejba ta’ rwol indipendenti u distint f’wieħed mill-komponenti ta’ sinjal kompost jagħmilha inutli, fl-evalwazzjoni ġenerali tal-probabbiltà ta’ konfużjoni, li jiġu analizzati l-fatturi kollha jew uħud minnhom li huma speċifiċi għall-każ, li tmur kontra d-dottrina tal-evalwazzjoni ġenerali tal-probabbiltà ta’ konfużjoni.


    (1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas-26 ta ‘Frar 2009 dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU L 78, p. 1).


    Top