This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62012CA0180
Case C-180/12: Judgment of the Court (Third Chamber) of 24 October 2013 (request for a preliminary ruling from the Administrativen sad Sofia-grad — Bulgaria) — Stoilov i Ko EOOD v Nachalnik na Mitnitsa Stolichna (Request for a preliminary ruling — Legal basis of the decision at issue in the main proceedings no longer present — Lack of relevance of the questions asked — No need to adjudicate)
Kawża C-180/12: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-TieletAwla) tal- 24 ta’ Ottubru 2013 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Administrativen sad Sofia-grad — il-Bulgarija) — Stoilov i Ko EOOD vs Nachalnik na Mitnitsa Stolichna (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Tmiem ta’ bażi legali tad-deċiżjoni inkwistjoni fil-kawża prinċipali — Assenza ta’ rilevanza tad-domandi magħmula — Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni)
Kawża C-180/12: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-TieletAwla) tal- 24 ta’ Ottubru 2013 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Administrativen sad Sofia-grad — il-Bulgarija) — Stoilov i Ko EOOD vs Nachalnik na Mitnitsa Stolichna (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Tmiem ta’ bażi legali tad-deċiżjoni inkwistjoni fil-kawża prinċipali — Assenza ta’ rilevanza tad-domandi magħmula — Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni)
ĠU C 367, 14.12.2013, p. 11–11
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
14.12.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 367/11 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-TieletAwla) tal-24 ta’ Ottubru 2013 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Administrativen sad Sofia-grad — il-Bulgarija) — Stoilov i Ko EOOD vs Nachalnik na Mitnitsa Stolichna
(Kawża C-180/12) (1)
(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Tmiem ta’ bażi legali tad-deċiżjoni inkwistjoni fil-kawża prinċipali - Assenza ta’ rilevanza tad-domandi magħmula - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni)
2013/C 367/17
Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru
Qorti tar-rinviju
Administrativen sad Sofia-grad
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Stoilov i Ko EOOD
Konvenuta: Nachalnik na Mitnitsa Stolichna
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminarja — Administrativen sad Sofia-grad — Interpretazzjoni tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1031/2008, tad-19 ta’ Settembru 2008, li jemenda l-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni tad-Dwana. (ĠU L 291, p. 1) u tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru°2913/92, tat-12 ta’ Ottubru 1992, li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 2, Vol. 4, p. 307) kif ukoll tal-Artikoli 41(2)(a) u 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea — Klassifikazzjoni tariffarja tal-merkanzija — Klassifikazzjoni tal-merkanzija (materjal għall-manifattura ta’ blinds) taħt il-kodiċi tan-Nomenklatura Magħquda 5407 61 30 minħabba l-karatteristiċi tagħha bħala “drapp” jew klassifikazzjoni taħt il-kodiċi 6303 92 10 minħabba l-iskop uniku tagħha bħala “blinds għal ġewwa” — Deċiżjoni li jiġu rkuprati krediti tal-Istat dwar l-obbligu li jitħallsu dazju doganali u VAT addizzjonali wara l-konklużjonijiet tal-espert tal-laboratorju doganali — Prinċipju ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi fid-dawl tal-fatti mniżżla fid-dikjarazzjoni doganali
Dispożittiv
Ma hemmx lok li tingħata risposta għad-domandi magħmula mill-Administrativen sad Sofia-grad (il-Bulgarija).