EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62012CA0012
Case C-12/12: Judgment of the Court (Fifth Chamber) of 18 April 2013 (request for a preliminary ruling from the Bundesgerichtshof — Germany) — Colloseum Holding AG v Levi Strauss & Co. (Trade marks — Regulation (EC) No 40/94 — Article 15(1) — Definition of ‘genuine use’ — Trade mark used only as one element of a composite mark or in conjunction with another mark)
Kawża C-12/12: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tat- 18 ta’ April 2013 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesgerichtshof — il-Ġermanja) — Colloseum Holding AG vs Levi Strauss & Co. (Trade marks — Regolament (KE) Nru 40/94 — Artikolu 15(1) — Kunċett ta’ “użu ġenwin” — Trade mark użata biss bħala element ta’ trade mark kumplessa jew flimkien ma’ trade mark oħra)
Kawża C-12/12: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tat- 18 ta’ April 2013 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesgerichtshof — il-Ġermanja) — Colloseum Holding AG vs Levi Strauss & Co. (Trade marks — Regolament (KE) Nru 40/94 — Artikolu 15(1) — Kunċett ta’ “użu ġenwin” — Trade mark użata biss bħala element ta’ trade mark kumplessa jew flimkien ma’ trade mark oħra)
ĠU C 164, 8.6.2013, p. 6–7
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
8.6.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 164/6 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tat-18 ta’ April 2013 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesgerichtshof — il-Ġermanja) — Colloseum Holding AG vs Levi Strauss & Co.
(Kawża C-12/12) (1)
(Trade marks - Regolament (KE) Nru 40/94 - Artikolu 15(1) - Kunċett ta’ “użu ġenwin” - Trade mark użata biss bħala element ta’ trade mark kumplessa jew flimkien ma’ trade mark oħra)
2013/C 164/10
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Bundesgerichtshof
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Colloseum Holding AG
Konvenuta: Levi Strauss & Co.
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Bundesgerichtshof — Interpretazzjoni tal-Artikolu 15(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94, tal-20 ta’ Diċembru 1993, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 17, Vol. 1, p. 146) — Kunċett ta’ “użu tat-trade mark” — Rikonoxximent tal-eżistenza tal-użu ta’ trade mark li tagħmel parti minn trade mark kumplessa fil-każ ta’ użu ta’ din it-trade mark kumplessa — Rikonoxximent tal-eżistenza tal-użu ta’ trade mark fil-każ li din tintuża biss flimkien ma’ trade mark oħra, meta ż-żewġ trade marks jiġu rreġistrati kemm individwalment kif ukoll konġuntament bħala trade mark kumplessa
Dispożittiv
Il-kundizzjoni ta’ użu ġenwin ta’ trade mark, fis-sens tal-Artikolu 15(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94, tal-20 ta’ Diċembru 1993, dwar it-trade mark Komunitarja, tista’ tkun sodisfatta meta trade mark irreġistrata, li kisbet il-karattru distintiv tagħha wara l-użu ta’ trade mark oħra kumplessa, li tagħha hija tikkostitwixxi waħda mill-elementi, tintuża biss mill-intermedjarju ta’ din it-trade mark l-oħra kumplessa, jew meta din tintuża biss magħquda flimkien ma’ trade mark oħra, meta l-għaqda ta’ dawn iż-żewġ trade marks tkun, barra minn hekk, irreġistrata hi stess bħala trade mark.