This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62011TN0629
Case T-629/11: Action brought on 5 December 2011 — Biogas Nord Anlagenbau v Commission
Kawża T-629/11: Rikors ippreżentat fil- 5 ta’ Diċembru 2011 — Biogas Nord Anlagenbau vs Il-Kummissjoni
Kawża T-629/11: Rikors ippreżentat fil- 5 ta’ Diċembru 2011 — Biogas Nord Anlagenbau vs Il-Kummissjoni
ĠU C 49, 18.2.2012, p. 28–28
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
18.2.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 49/28 |
Rikors ippreżentat fil-5 ta’ Diċembru 2011 — Biogas Nord Anlagenbau vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-629/11)
2012/C 49/50
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Biogas Nord Anlagenbau GmbH (Bielefeld, il-Ġermanja) (rappreżentant: C. Birkemeyer, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
— |
tannulla, skont l-Artikolu 264 TFUE, id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2011) 275, tas-26 ta’ Jannar 2011, dwar l-għajnuna mill-Istat C-7/10 implimentata mill-Ġermanja [(“]Skema għar-riport ta’ telf ta’ taxxa fil-każ tar-ristrutturar ta’ kumpaniji f’diffikultà[”),] “Sanierungsklausel” [notifikata bid-dokument Nru C(2011) 275]; |
— |
tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż skont l-Artikolu 87(2) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka tliet motivi.
(1) |
L-ewwel motiv ibbażat fuq l-osservanza tal-prinċipju ta’ kreditur privat Fil-kuntest tal-ewwel motiv, ir-rikorrenti tallega li l-Artikolu 8c(1a) tal-Liġi Ġermaniża dwar it-taxxa fuq il-kumpanniji (Körperschaftssteuergesetz, iktar ’il quddiem il-“KStG”) ma jikkostitwixxix għajnuna fis-sens tal-Artikolu 107 TFUE et seq minħabba li l-impriżi benefiċjarji jipprovdu korrispettiv ekwivalenti li jsostni l-paragaun mal-aġir ta’ kreditur privat li jopera f’ekonomija tas-suq. |
(2) |
It-tieni motiv ibbażat fuq nuqqas ta’ selettività F’dan ir-rigward, ir-rikorrenti ssostni li l-Artikolu 8c(1a) tal-KStG ma jikkostitwixxix għajnuna fis-sens tal-Artikolu 107 TFUE et seq minħabba li din id-dispożizzjoni ma tipproduċix l-effett li tagħti vantaġġ selettiv. |
(3) |
It-tielet motiv ibbażat fuq l-aspettattivi leġittimi Fil-kuntest tat-tielet motiv, ir-rikorrenti tallega li l-kumpanniji li ħadu deċiżjonijiet rigward l-assi tagħhom qabel ma saru jafu bil-proċedura mibdija mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 108(2) TFUE għandhom id-dritt għall-protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi tagħhom fil-konfront tad-deċiżjoni kkontestata. |