This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62011TA0054
Case T-54/11: Judgment of the General Court of 15 January 2013 — Spain v Commission (ERDF — Reduction of financial assistance — Aid for the operational programme falling within Objective 1 (2000-2006) concerning the region of Andalucía (Spain) — Article 39(3)(b) of Regulation (EC) No 1260/1999 — Three-month period — Directive 93/36/EEC — Negotiated procedure without prior publication of a tender notice)
Kawża T-54/11: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal- 15 ta’ Jannar 2013 — Spanja vs Il-Kummissjoni ( “FEŻR — Tnaqqis ta’ għajnuna finanzjarja — Għajnuna għall-programm operattiv tal-objettiv Nru 1 (2000-2006), li jirrigwarda r-reġjun ta’ Andalucía (Spanja) — Artikolu 39(3)(b) tar-Regolament (KE) Nru 1260/1999 — Terminu ta’ tliet xhur — Direttiva 93/36/KEE — Proċedura nnegozjata mingħajr il-pubblikazzjoni minn qabel ta’ avviż ta’ kuntratt” )

ĠU C 55, 23.2.2013, p. 10–10
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
23.2.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 55/10 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Jannar 2013 — Spanja vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-54/11) (1)
(FEŻR - Tnaqqis ta’ għajnuna finanzjarja - Għajnuna għall-programm operattiv tal-objettiv Nru 1 (2000-2006), li jirrigwarda r-reġjun ta’ Andalucía (Spanja) - Artikolu 39(3)(b) tar-Regolament (KE) Nru 1260/1999 - Terminu ta’ tliet xhur - Direttiva 93/36/KEE - Proċedura nnegozjata mingħajr il-pubblikazzjoni minn qabel ta’ avviż ta’ kuntratt)
2013/C 55/15
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrent: Ir-Renju ta’ Spanja (rappreżentanti: inizjalment M. Muñoz Pérez, sussegwentement minn S. Martínez-Lage Sobredo, u fl-aħħar nett A. Rubio González u N. Díaz Abad, abogados del Estado)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Steiblytė u J. Baquero Cruz, aġenti)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2010) 7700 finali, tas-16 ta’ Novembru 2010, li tnaqqas l-għajnuna finanzjarja tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR), inizjalment mogħtija għall-programm operattiv integrat “Andalucía”, li jaqa’ taħt l-objettiv 1 (2000-2006), sa fejn timponi korrezzjoni finanzjarja ta’ 100 % tal-ispejjeż iffinanzjati mill-FEŻR għall-kuntratti Nru 2075 u Nru 2120/2005.
Dispożittiv
(1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
(2) |
Ir-Renju ta’ Spanja huwa kkundannat għall-ispejjeż. |