This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62011FN0126
Case F-126/11: Action brought on 28 November 2011 — ZZ v Commission
Kawża F-126/11: Rikors ippreżentat fit- 28 ta’ Novembru 2011 — ZZ vs Il-Kummissjoni
Kawża F-126/11: Rikors ippreżentat fit- 28 ta’ Novembru 2011 — ZZ vs Il-Kummissjoni
ĠU C 174, 16.6.2012, p. 31–31
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
|
16.6.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 174/31 |
Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Novembru 2011 — ZZ vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-126/11)
2012/C 174/49
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: ZZ (rappreżentant: M. Boury, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Suġġett
It-talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Awtorità tal-Ħatra safejn din timponi sanzjoni dixxiplinari fil-forma ta’ ċanfira fir-rigward tar-rikorrent.
Talbiet tar-rikorrent
|
— |
jannulla d-Deċiżjoni AIPN CMS 10/038 li timponi sanzjoni ta’ ċanfira fir-rigward tar-rikorrent, kif ukoll id-Deċiżjoni AIPN Nru R/393/11 li kkonfermat l-ewwel waħda; |
|
— |
jikkonstata li s-sanzjoni ta’ ċanfira li ġiet imposta mill-Awtorità tal-Ħatra fir-rigward tar-rikorrent mingħajr il-produzzjoni ta’ provi validi ta’ atti ta’ fastidju allegatament imwettqa minnu u mingħajr investigazzjoni indipendenti, imparzjali u ekwa li tippermetti li tiġi stabbilita r-realtà u l-verità tal-allegati atti ta’ fastidju li twettqu mir-rikorrenti fil-konfront tal-kollega tiegħu, hija sanzjoni diskrezzjonali li tikkostitwixxi att ta’ diskriminazzjoni min-naħa tal-Awtorità tal-Ħatra fil-konfront tar-rikorrent; |
|
— |
jikkonstata li matul dan il-każ ir-rikorrent ssubixxa preġudizzji morali u materjali serji u li, minħabba dan il-fatt, għandu dritt jikseb kumpens għall-dawk l-istess preġudizzji. Dawk il-preġudizzji għandhom jiġu evalwati skont kriterji li għandhom jiġu stabbiliti mit-Tribunal; |
|
— |
jikkonstata li, b’mod partikolari, matul dan il-każ u preċedentement, ir-rikorrent safa’ vittma ta’ ksur gravi tad-drittijiet fundamentali tal-bniedem, tad-drittijiet li jirriżultaw mit-Trattati, mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u mill-Konvenzjoni Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem u li, minħabba dan il-fatt, għandu dritt jikseb kumpens għall-dak l-istess ksur, li għandu jiġi evalwat mit-Tribunal. |