Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62011FN0061

Kawża F-61/11: Rikors ippreżentat fis- 27 ta’ Mejju 2011 — ZZ vs FRONTEX

ĠU C 226, 30.7.2011, p. 32–32 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

30.7.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 226/32


Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Mejju 2011 — ZZ vs FRONTEX

(Kawża F-61/11)

2011/C 226/63

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: ZZ (rappreżentant: S. A. Pappas, avukat)

Konvenuta: Aġenzija Ewropea għall-Ġestjoni ta’ Kooperazzjoni Operazzjonali fil-Fruntieri Esterni tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea (FRONTEX)

Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża

L-annullament tad-deċiżjoni li tiġi rrevokata deċiżjoni preċedenti għat-tiġdid tal-kuntratt ta’ impjieg tar-rikorrent u l-annullament ta’ ċerti partijiet mir-rapporti ta’ evalwazzjoni għall-perijodu minn Awwissu 2006 sa Diċembru 2009.

Talbiet tar-rikorrent

jannulla d-deċiżjoni tal-24 ta’ Jannar 2011 kif ikkonfermata bil-posta elettronika tal-25 ta’ Jannar 2011, permezz tad-deċiżjoni tat-28 ta’ Marzu 2011 u permezz tal-ittra tal-4 ta’ Mejju 2011 tad-Direttur Eżekuttiv ta’ FRONTEX;

jannulla l-evalwazzjoni tal-2009 sa fejn din tinkludi l-osservazzjonijiet diverġenti tal-validatur tat-30 ta’ Ottubru 2009;

jannulla l-Formola A tar-Rapport Annwali ta’ Evalwazzjoni FRONTEX, tal-21 ta’ Ġunju 2010 sa fejn tinkludi l-osservazzjonijiet diverġenti tal-validatur tal-20 ta’ Ġunju 2010;

jikkundanna lil FRONTEX għall-ispejjeż.


Top