Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62011FN0022

    Kawża F-22/11: Rikors ippreżentat fit- 28 ta’ Frar 2011 — Conticchio vs Il-Kummissjoni

    ĠU C 139, 7.5.2011, p. 31–31 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    7.5.2011   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 139/31


    Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Frar 2011 — Conticchio vs Il-Kummissjoni

    (Kawża F-22/11)

    2011/C 139/58

    Lingwa tal-kawża: it-Taljan

    Partijiet

    Rikorrenti: Rosella Conticchio (Ruma, l-Italja) (rappreżentanti: R. Giuffridda u A. Tortora, avukati)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

    Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża

    L-annullament tad-deċiżjoni dwar id-determinazzjoni tad-drittijiet għall-pensjoni tar-rikorrenti inkwantu ġie rrikonoxxut lilha dritt għall-pensjoni ta’ rtirar fil-grad AST7/1 minflok fil-grad AST7/2.

    Talbiet tar-rikorrenti

    tannulla d-Deċiżjoni Nru R/489/10 maħruġa fit-18 ta’ Novembru 2010 u nnotifikata fl-24 ta’ Novembru 2010 li permezz tagħha l-Awtorità tal-Ħatra ċaħdet l-appell;

    tawtorizza t-trasferiment tar-rikorrenti minn grad AST7/1 għal AST7/2 b’effett retroattiv;

    terga’ tiddetermina l-ammont tal-pensjoni tar-rikorrenti, billi żżied l-ammont b’madwar EUR 170 fix-xahar;

    tordna lill-korp responsabbli mill-ħlas tal-pensjoni tar-rikorrenti tirrestitwixxi l-ammont dovut, ikkalkolat mill-1 ta’ Ġunju 2010 sad-data tar-riżoluzzjoni finali, flimkien mal-interessi, rivalutazzjoni u drittijiet statutorji oħra;

    tqiegħed lill-Kummissjoni Ewropea taħt l-obbligu li tirrestitwixxi lir-rikorrenti l-ammonti, mhux dovuti, li hija ser tkun ħallset sad-data li fiha tingħata d-deċiżjoni tal-kawża preżenti, fir-rigward tal-għoti lura tad-drittijiet għall-pensjoni;

    tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.


    Top