This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62011CO0107
Order of the Court (Eighth Chamber) of 16 February 2012.#Ministero dell'Interno and Questura di Caltanissetta v Massimiliano Rizzo.#Reference for a preliminary ruling — Consiglio di Giustizia Amministrativa per la Regione siciliana — Freedom of movement of persons — Freedom to provide services — Activity of collecting bets — Domestic legislation making the exercise of that activity conditional upon the obtaining of authorisation and a public security permit — Protection afforded to persons obtaining authorisations and permits by means of award procedures that unlawfully excluded other operators from the same sector — Whether compatible with Articles 43 EC and 49 EC (now Arts 49 and 56 TFEU).#Article 104(3), first subparagraph, of the Rules of Procedure — Freedom of establishment — Freedom to provide services — Betting and gaming — Collection of bets on sporting events — Licence required — Action to be taken following an infringement of European Union law in the awarding of licences — Award of 16 300 additional licences — Principle of equal treatment and the obligation of transparency — Principle of legal certainty — Protection of holders of earlier licences — National legislation — Mandatory minimum distances between betting outlets — Whether permissible — Cross-border activities analogous to those engaged in under the licence — Prohibited by national legislation — Whether permissible.#Case C‑107/11.
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tas-16 ta’ Frar 2012.
Ministero dell'Interno u Questura di Caltanissetta vs Massimiliano Rizzo.
Talba għal deċiżjoni preliminari — Consiglio di Giustizia Amministrativa per la Regione siciliana — Libertà ta’ stabbiliment — Moviment liberu tal-persuni — Libertà li jiġu pprovduti servizzi — Attività ta’ ġbir ta’ mħatri — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tissuġġetta l-eżerċizzju ta’ din l-attività għall-kisba ta’ awtorizzazzjoni u ta’ liċenzja ta’ sigurtà pubblika — Protezzjoni mogħtija lill-persuni suġġetti għal-liġi li jkunu kisbu awtorizzazzjonijiet u liċenzji permezz ta’ proċeduri ta’ għoti li eskludew illegalment lil operaturi oħra tal-istess settur — Kompatibbiltà mal-Artikoli 43 u 49 KE (li saru l-Artikoli 49 u 56 TFUE).
L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 104(3) tar-Regoli tal-Proċedura — Libertà ta’ stabbiliment — Libertà li jiġu pprovduti servizzi — Logħob tal-ażżard — Ġbir ta’ mħatri fuq avvenimenti sportivi — Rekwiżit ta’ liċenzja — Konsegwenzi li għandhom jinsiltu minn ksur tad-dritt tal-Unjoni fl-għoti tal-liċenzji — Għoti ta’ 16 300 liċenzja addizzjonali — Prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament u obbligu ta’ trasparenza — Prinċipju ta’ ċertezza legali — Protezzjoni tad-detenturi tal-liċenzji preċedenti — Leġiżlazzjoni nazzjonali — Distanzi minimi obbligatorji bejn il-postijiet fejn isir il-ġbir ta’ mħatri — Ammissibbiltà — Attivitajiet transkonfinali simili għal dawk li huma s-suġġett tal-liċenzja — Projbizzjoni mil-leġiżlazzjoni nazzjonali — Ammissibbiltà.
Kawża C-107/11.

Court reports – general – 'Information on unpublished decisions' section
ECLI identifier: ECLI:EU:C:2012:96
*A9* Consiglio di Giustizia amministrativa per la Regione siciliana, ordinanza del 03/03/2011 (868342)
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tas-16 ta’ Frar 2012 — Ministero dell’Interno, Questura di Caltanissetta vs Massimiliano Rizzo
(Kawża C-107/11)
“L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 104(3) tar-Regoli tal-Proċedura — Libertà ta’ stabbiliment — Libertà li jiġu pprovduti servizzi — Logħob tal-ażżard — Ġbir ta’ mħatri fuq avvenimenti sportivi — Rekwiżit ta’ liċenzja — Konsegwenzi li għandhom jinsiltu minn ksur tad-dritt tal-Unjoni fl-għoti tal-liċenzji — Għoti ta’ 16 300 liċenzja addizzjonali — Prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament u obbligu ta’ trasparenza — Prinċipju ta’ ċertezza legali — Protezzjoni tad-detenturi tal-liċenzji preċedenti — Leġiżlazzjoni nazzjonali — Distanzi minimi obbligatorji bejn il-postijiet fejn isir il-ġbir ta’ mħatri — Ammissibbiltà — Attivitajiet transkonfinali simili għal dawk li huma s-suġġett tal-liċenzja — Projbizzjoni mil-leġiżlazzjoni nazzjonali — Ammissibbiltà”
1. Libertà li jiġu pprovduti servizzi — Libertà ta’ stabbiliment — Restrizzjonijiet — Logħob tal-ażżard — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprojbixxi, taħt piena ta’ sanzjonijiet kriminali, il-ġbir ta’ mħatri fl-assenza ta’ liċenzja jew ta’ awtorizzazzjoni — Rifjut ta’ liċenzja jew ta’ awtorizzazzjoni bi ksur tad-dritt tal-Unjoni (Artikoli 43 KE u 49 KE) (ara l-punt 7, u d-dispożittiv 1)
2. Libertà li jiġu pprovduti servizzi — Libertà ta’ stabbiliment — Restrizzjonijiet — Logħob tal-ażżard — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprojbixxi l-ġbir ta’ mħatri fl-assenza ta’ liċenzji jew ta’ awtorizzazzjoni mill-pulizija — Esklużjoni ta’ operatur minn sejħa għal offerti maħsuba għall-għoti ta’ tali liċenzja, bi ksur tad-dritt tal-Unjoni (Artikoli 43 KE u 49 KE) (ara l-punt 8, u d-dispożittiv 2)
3. Libertà li jiġu pprovduti servizzi — Libertà ta’ stabbiliment — Logħob tal-ażżard — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprojbixxi, taħt piena ta’ sanzjonijiet kriminali, il-ġbir ta’ mħatri fl-assenza ta’ liċenzji jew ta’ awtorizzazzjoni — Kundizzjonijiet għad-dekadenza ta’ liċenzji mogħtija wara t-tmiem ta’ sejħa għal offerti (Artikoli 43 KE u 49 KE) (ara l-punt 9, u d-dispożittiv 3)
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Consiglio di Giustizia Amministrativa per la Regione siciliana — Libertà ta’ stabbiliment — Moviment liberu tal-persuni — Libertà li jiġu pprovduti servizzi — Attività ta’ ġbir ta’ mħatri — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tissuġġetta l-eżerċizzju ta’ din l-attività għall-kisba ta’ awtorizzazzjoni u ta’ liċenzja ta’ sigurtà pubblika — Protezzjoni mogħtija lill-persuni suġġetti għal-liġi li jkunu kisbu awtorizzazzjonijiet u liċenzji permezz ta’ proċeduri ta’ għoti li eskludew illegalment lil operaturi oħra tal-istess settur — Kompatibbiltà mal-Artikoli 43 u 49 KE (li saru l-Artikoli 49 u 56 TFUE). |
Dispożittiv
1) |
L-Artikoli 43 KE u 49 KE kif ukoll il-prinċipji ta’ ugwaljanza fit-trattament u ta’ effettività għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu lil Stat Membru li jkun, bi ksur tad-dritt tal-Unjoni, eskluda kategorija ta’ operaturi mill-għoti ta’ liċenzji għall-eżerċizzju ta’ attività ekonomika, u li jipprova jirrimedja għal dan il-ksur billi joħroġ sejħa għal offerti għal numru kunsiderevoli ta’ liċenzji ġodda, milli jipproteġi l-pożizzjonijiet kummerċjali miksuba mill-operaturi eżistenti billi jipprevedi b’mod partikolari distanzi minimi bejn il-postijiet tad-detenturi ġodda u dawk tal-operaturi eżistenti. |
2) |
L-Artikoli 43 KE u 49 KE għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu l-applikazzjoni ta’ sanzjonijiet għall-eżerċizzju ta’ attività organizzata ta’ ġbir ta’ mħatri mingħajr liċenzji jew mingħajr awtorizzazzjoni mill-pulizija lil persuni assoċjati ma’ operatur li jkun ġie eskluż minn sejħa għal offerti, bi ksur tad-dritt tal-Unjoni, anki wara s-sejħa għal offerti ġdida intiża li tirrimedja dan il-ksur tad-dritt tal-Unjoni, sa fejn din is-sejħa għal offerti u l-għoti konsegwenti ta’ liċenzji ġodda ma jkunux irrimedjaw effettivament l-esklużjoni illegali tal-imsemmi operatur mis-sejħa għal offerti preċedenti. |
3) |
Mill-Artikoli 43 KE u 49 KE, mill-prinċipju ta’ trattament ugwali, mill-obbligu ta’ trasparenza kif ukoll mill-prinċipju ta’ ċertezza legali jirriżulta li l-kundizzjonijiet u l-modalitajiet ta’ sejħa għal offerti, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, u b’mod partikolari d-dispożizzjonijiet li jipprevedu d-dekadenza ta’ tal-liċenzji mogħtija fi tmiem tali sejħa għal offerti, bħalma huma dawk li jidhru fl-Artikolu 23(2)(a) u (3) tal-abbozz ta’ ftehim bejn l-amministrazzjoni awtonoma tal-monopolji tal-Istat u l-awtorità kontraenti tal-liċenzji dwar il-logħob tal-ażżard marbut mal-avvenimenti li ma jinkludux it-tiġrijiet taż-żwiemel, għandhom jiġu fformulati b’mod ċar, preċiż u inekwivoku, li huwa l-kompitu tal-qorti tar-rinviju li tivverifika. |