Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62011CN0620

    Kawża C-620/11: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Supremo (Spanja) fit- 2 ta’ Diċembru 2011 — Bahía de Bizcaia Electricidad, S.L. vs Gas Natural SDG, S.A., Endesa S.A., Hidroeléctrica del Cantábrico, S.A. u Administración del Estado

    ĠU C 39, 11.2.2012, p. 10–11 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    11.2.2012   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 39/10


    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Supremo (Spanja) fit-2 ta’ Diċembru 2011 — Bahía de Bizcaia Electricidad, S.L. vs Gas Natural SDG, S.A., Endesa S.A., Hidroeléctrica del Cantábrico, S.A. u Administración del Estado

    (Kawża C-620/11)

    (2012/C 39/20)

    Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

    Qorti tar-rinviju

    Tribunal Supremo (Spanja)

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: Bahía de Bizcaia Electricidad, SL

    Konvenuti: Gas Natural SDG, S.A., Endesa, S.A., Hidroeléctrica del Cantábrico, S.A. u Administración del Estado

    Domanda preliminari

    L-Artikolu 10 tad-Direttiva 2003/87/KE (1) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-13 ta’ Ottubru 2003, li tistabbilixxi skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra ġewwa l-Komunità u li temenda d-Direttiva 96/61/KE, jista’ jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix l-applikazzjoni ta’ miżuri leġiżlattivi nazzjonali bħal dawk eżaminati fil-kawża preżenti, li l-għan u l-effett tagħhom huwa li r-remunerazzjoni tal-attività ta’ produzzjoni tal-enerġija elettrika titnaqqas bl-ammont ekwivalenti għall-valur tal-kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra allokati mingħajr ħlas matul il-perijodu korrispondenti?


    (1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 7, p. 631.


    Top