Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62010TO0353

Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tal-25 ta' Ottubru 2010.
Lito Maieftiko Gynaikologiko kai Cheirourgiko Kentro AE vs Il-Kummissjoni Ewropea.
Miżuri provviżorji - Għajnuna finanzjarja - Nota ta' debitu intiża għall-irkupru ta' għajnuna finanzjarja - Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Nuqqas ta' osservanza ta' rekwiżiti proċedurali - Inammissibbiltà.
Kawża T-353/10 R.

ECLI identifier: ECLI:EU:T:2010:449





Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tal-25 ta’ Ottubru 2010 – Lito Maieftiko Gynaikologiko kai Cheirourgiko Kentro vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-353/10 R)

“Miżuri provviżorji – Għajnuna finanzjarja – Nota ta’ debitu intiża għall-irkupru ta’ għajnuna finanzjarja – Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni – Nuqqas ta’ osservanza ta’ rekwiżiti proċedurali – Inammissibbiltà”

1.                     Proċeduri għal miżuri provviżorji - Sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Miżuri provviżorji - Kundizzjonijiet għall-għoti - Fumus boni juris - Urġenza - Dannu gravi u irreparabbli - Natura kumulattiva (Artikoli 278 TFUE u 279 TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 104(2)) (ara l-punt 9)

2.                     Proċeduri għal miżuri provviżorji - Rekwiżiti proċedurali - Preżentazzjoni tat-talbiet - Sunt tal-motivi invokati (Artikoli 278 TFUE u 279 TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 104(2)) (ara l-punti 10, 11, 19)

3.                     Proċeduri għal miżuri provviżorji - Sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Kundizzjonijiet għall-għoti - Urġenza - Dannu gravi u irreparabbli - Oneru tal-prova (Artikoli 278 TFUE u 279 TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 104(2)) (ara l-punti 13-19)

Suġġett

Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni ta’ nota ta’ debitu maħruġa mill-Kummissjoni fit-22 ta’ Lulju 2010 għall-irkupru tas-somma ta’ EUR 109 415.20 imħallsa fil-kuntest ta’ għajnuna finanzjarja favur proġett ta’ riċerka medika.

Dispożittiv

1)

It-talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni hija miċħuda.

2)

L-ispejjeż huma rriżervati.

Top