Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62010TO0061

    Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tat-30 ta' Ġunju 2010.
    Fernando Marcelino Victoria Sánchez vs il-Parlament Ewropew u Il-Kummissjoni Ewropea.
    Proċeduri għal miżuri provviżorji - Talba għal miżuri provviżorji - Ksur tar-rekwiżiti proċedurali - Inammissibbiltà.
    Kawża T-61/10 R.

    ECLI identifier: ECLI:EU:T:2010:265





    Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tat-30 ta’ Ġunju 2010 – Victoria Sánchez vs Il-Parlament u Il-Kummissjoni

    (Kawża T-61/10 R)

    “Proċeduri għal miżuri provviżorji – Talba għal miżuri provviżorji – Ksur tar-rekwiżiti proċedurali – Inammissibbiltà”

    1.                     Proċeduri għal miżuri provviżorji - Rekwiżiti proċedurali - Preżentazzjoni tat-talbiet - Sunt tal-motivi invokati - Motivi ta’ dritt li ma ġewx esposti fir-rikors u fis-sottomissjonijiet - Riferiment ġenerali għal dokumenti oħra - Inammissibbiltà (Artikoli 278 TFUE u 279 TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikoli 44(1)(ċ) u 104(2) u (3)) (ara l-punti 12, 14-18)

    2.                     Proċeduri għal miżuri provviżorji - Sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Miżuri provviżorji - Kundizzjonijiet għall-għoti - Fumus boni juris - Urġenza - Dannu gravi u irreparabbli - Natura kumulattiva (Artikoli 278 TFUE u 279 TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 104(2)) (ara l-punt 13)

    Suġġett

    Talba għal miżuri provviżorji intiża sabiex jiġu ggarantiti l-integrità fiżika tar-rikorrenti, id-drittijiet fundamentali tiegħu u dawk taċ-ċittadini Ewropej li jistgħu jkunu affettwati.

    Dispożittiv

    1)

    It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

    2)

    L-ispejjeż huma rriżervati.

    Top