This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62010TN0132
Case T-132/10: Action brought on 22 March 2010 — Communauté de communes de Lacq v Commission
Kawża T-132/10: Rikors ippreżentat fit- 22 ta’ Marzu 2010 — Communauté de communes de Lacq vs Il-Kummissjoni
Kawża T-132/10: Rikors ippreżentat fit- 22 ta’ Marzu 2010 — Communauté de communes de Lacq vs Il-Kummissjoni
ĠU C 148, 5.6.2010, p. 35–36
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
5.6.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 148/35 |
Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Marzu 2010 — Communauté de communes de Lacq vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-132/10)
2010/C 148/61
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Communauté de communes de Lacq (Mourenx, Franza) (rappreżentant: J. Daniel, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet tar-rikorrenti
— |
Tordna lill-Kummissjoni tħallas s-somma ta’ EUR 10 000 000 minħabba illegalitajiet u nuqqasijiet tal-Kummissjoni fir-rigward tal-ksur tal-obbligi tal-kumpannija ACETEX; |
— |
tikkundanna lill-Unjoni Ewropea tħallasha s-somma ta’ EUR 25 000 bħala spejjeż rekuperabbli; |
— |
tikkundanna lill-Unjoni Ewropea għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Permezz tar-rikors tagħha, il-Communauté de communes de Lacq titlob kumpens għal dannu allegatament subit wara deċiżjoni tal-Kummissjoni li tiddikjara kompatibbli mas-suq komuni u mal-funzjonament tal-Ftehim ŻEE l-konċentrazzjoni intiża għall-ksib tal-kontroll ta’ Acetex Corporation minn Celanese Corporation, mingħajr ma tagħti ebda valur legali lil allegat inkarigu ta’ Celanese, b’mod partikolari l-inkarigu li tkompli bl-operat tal-fabbrika Acetex f’Pardies għal ħames snin (Każ COMP/M.3625 — Blackstone vs Acetex).
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti ssostni li l-Kummissjoni kisret il-prinċipji taċ-ċertezza legali u tal-aspettattivi leġittimi peress li, bl-interpretazzjoni tagħha tar-Regolament KE dwar il-konċentrazzjonijiet (1), hija ċaħħdet lit-terzi kollha tal-konċentrazzjonijiet (impjegati u uffiċjali lokali) mill-protezzjoni, minkejja li, fid-dawl tal-inkarigi ta’ Celanese Corporation, l-impjegati kienu ċertament protetti minn kwalunkwe waqfien ta’ attività għal perijodu ta’ ħames snin.
Għaldaqstant, ir-rikorrenti kienet ġiet suġġetta għal dannu kunsiderevoli. Fil-fatt, l-awtoritajiet lokali f’dik iż-żona huma mċaħħda minn riżorsi finanzjarji importanti u għandhom iħallsu numru ta’ spejjeż soċjali dovuti għall-għeluq tas-sit. Hemm possibbiltà kbira li jkun hemm numru ta’ tkeċċijiet, kemm fost l-impjegati ta’ Acetex kif ukoll fost l-impjegati ta’ impriżi li l-attivitajiet tagħhom kienu strettament marbuta ma’ dawk tal-impriża Celanese Corporation.
Sussidjarjament, jekk ma jiġix stabbilit li l-Kummissjoni Ewropea hija responsabbli mingħajr tort, ir-rikorrenti titlob li tiġi kkonstatata r-responsabbiltà stretta tal-Kummissjoni. Ma hemm ebda dubju fir-rigward tad-dannu subit mir-rikorrenti u n-natura inabitwali u speċjali tiegħu u dan id-dannu ġie direttament ikkawżat mir-rifjut tal-Kummissjoni Ewropea li tissanzjona lill-impriża Celanese Corporation.
(1) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004, tal-20 ta’ Jannar 2004, dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn impriżi (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol. 3, p. 40)