Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62010TB0481

    Kawża T-481/10: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal- 11 ta’ April 2011 — Département du Gers vs Il-Kummissjoni ( “Rikors għal annullament — Ambjent u protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem — Affarijiet tal-ikel u ikel għall-annimali ġenetikament immodifikat — Nuqqas ta’ interess individwali — Inammissibbiltà” )

    ĠU C 173, 11.6.2011, p. 11–12 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    11.6.2011   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 173/11


    Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-11 ta’ April 2011 — Département du Gers vs Il-Kummissjoni

    (Kawża T-481/10) (1)

    (Rikors għal annullament - Ambjent u protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem - Affarijiet tal-ikel u ikel għall-annimali ġenetikament immodifikat - Nuqqas ta’ interess individwali - Inammissibbiltà)

    2011/C 173/26

    Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

    Partijiet

    Rikorrent: Département du Gers (Franza) (rappreżentanti: S. Mabile u J.-P. Mignard, avukati)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni Europea (rappreżentanti: D. Bianchi u L. Pignataro, aġenti)

    Suġġett

    Talba għall-annulament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/429/UE, tat- 28 ta’ Lulju 2010 li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti li fihom, jikkonsistu minn, jew ikunu prodotti mill-qamħirrum modifikat ġenetikament MON 88017 x MON 810 (MON-88Ø17-3 x MON-ØØ81Ø-6) skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 201, p.46).

    Dispożittiv

    (1)

    Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

    (2)

    Id-Département du Gers għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk esposti mill-Kummissjoni Ewropea.

    (3)

    Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni dwar it-talbiet għal intervent tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, tar-Région Centre, tar-Région Picardie, tad-Département de la Haute-Garonne, tar-Région Bretagne, tar-Région Poitou-Charentes, tar-Région Provence-Alpes-Côte d’Azur, tar-Région Bourgogne, tar-Région Midi-Pyrénées, tar-Région Auvergne, tar-Région Pays de la Loire, tar-Région Rhône-Alpes, tad-Département des Côtes d’Armor, tar-Région Île de France u tar-Région Nord-Pas-de-Calais.


    (1)  ĠU C 346, 18.12.2010.


    Top