Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62010TB0451

    Kawża T-451/10: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal- 21 ta’ Lulju 2011 — Fuchshuber Agrarhandel vs Il-Kummissjoni ( “Rikors għad-danni — Politika agrikola komuni — Sejħiet għall-offerti permanenti għall-bejgħ mill-ġdid ta’ ċereali fis-suq Komunitarju — Setgħa ta’ investigazzjoni tal-Kummissjoni — Ksur manifestament serju ta’ dispożizzjoni legali li tati drittijiet lill-individwi — Rikors manifestament infondat fid-dritt” )

    ĠU C 282, 24.9.2011, p. 21–21 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    24.9.2011   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 282/21


    Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ Lulju 2011 — Fuchshuber Agrarhandel vs Il-Kummissjoni

    (Kawża T-451/10) (1)

    (Rikors għad-danni - Politika agrikola komuni - Sejħiet għall-offerti permanenti għall-bejgħ mill-ġdid ta’ ċereali fis-suq Komunitarju - Setgħa ta’ investigazzjoni tal-Kummissjoni - Ksur manifestament serju ta’ dispożizzjoni legali li tati drittijiet lill-individwi - Rikors manifestament infondat fid-dritt)

    2011/C 282/43

    Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

    Partijiet

    Rikorrenti: Fuchshuber Agrarhandel GmbH (Hörsching, l-Awstrija) (rappreżentant: G. Lehner, avukat)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: G. von Rintelen u D. Triantafyllou, aġenti)

    Suġġett

    Rikors għad danni intiż sabiex jinkiseb kumpens għad-dannu allegatament subit mir-rikorrenti minħabba nuqqas ta’ investigazzjoni, min naħa tal-Kummissjoni, tal-kundizzjonijiet ta’ implementazzjoni tas-sejħiet għall-offerti permananti għall-bejgħ mill-ġdid ta’ ċereali fis-suq Komunitarju, f’dan il-każ qamħirrun miżmum mill-aġenzija ta’ intervent Ungeriża.

    Dispożittiv

    (1)

    Ir-rikors huwa miċħud bħala manifestament infondat fid-dritt.

    (2)

    Fuchshuber Agrarhandel GmbH għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.


    (1)  ĠU C 317, 20.11.2010


    Top