EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62010TA0412

Kawża T-412/10: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas- 16 ta’ Settembru 2013 — Roca vs Il-Kummissjoni ( “Kompetizzjoni — Akkordji — Suq Belġjan, Ġermaniż, Franċiż, Taljan, Olandiż u Awstrijak tal-installazzjonijiet sanitarji għall-kmamar tal-banju — Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 101 TFUE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE — Koordinazzjoni taż-żidiet fil-prezz u skambju ta’ informazzjoni kummerċjali sensittiva — Imputabbiltà tal-aġir li jikkostitwixxi ksur — Multi — Linji gwida għall-kalkolu tal-ammont tal-multi tal-2006 — Gravità tal-ksur — Ċirkustanzi attenwanti — Kriżi ekonomika — Komunikazzjoni dwar il-kooperazzjoni tal-2002 — Tnaqqis fl-ammont tal-multa — Valur miżjud sinjifikanti” )

ĠU C 325, 9.11.2013, p. 30–30 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
ĠU C 325, 9.11.2013, p. 28–28 (HR)

9.11.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 325/30


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Settembru 2013 — Roca vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-412/10) (1)

(Kompetizzjoni - Akkordji - Suq Belġjan, Ġermaniż, Franċiż, Taljan, Olandiż u Awstrijak tal-installazzjonijiet sanitarji għall-kmamar tal-banju - Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 101 TFUE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE - Koordinazzjoni taż-żidiet fil-prezz u skambju ta’ informazzjoni kummerċjali sensittiva - Imputabbiltà tal-aġir li jikkostitwixxi ksur - Multi - Linji gwida għall-kalkolu tal-ammont tal-multi tal-2006 - Gravità tal-ksur - Ċirkustanzi attenwanti - Kriżi ekonomika - Komunikazzjoni dwar il-kooperazzjoni tal-2002 - Tnaqqis fl-ammont tal-multa - Valur miżjud sinjifikanti)

2013/C 325/50

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Roca (Saint Ouen L’Aumone, Franza) (rappreżentant: P. Vidal Martínez, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment minn F. Castillo de la Torre, A. Antoniadis u F. Castilla Contreras, sussegwentement minn F. Castillo de la Torre, A. Antoniadis u F. Jimeno Fernández, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2010) 4185 finali, tat-23 ta’ Ġunju 2010, dwar il-Proċediment skont l-Artikolu 101 tat-TFUE u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/39.092 — Installazzjonijiet sanitarji [għall-kmamar tal-banju]), u talba għat-tnaqqis tal-ammont tal-multa imposta fuq ir-rikorrenti f’din id-deċiżjoni.

Dispożittiv

(1)

L-Artikolu 2(4)(b) tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2010) 4185 finali, tat-23 ta’ Ġunju 2010, dwar il-Proċediment skont l-Artikolu 101 tat-TFUE u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/39.092 — Installazzjonijiet sanitarji [għall-kmamar tal-banju]), huwa annullat sa fejn il-Kummissjoni Ewropea ffissat l-ammont tal-multa imposta in solidum fuq Roca mingħajr ma ħadet inkunsiderazzjoni l-kooperazzjoni tagħha.

(2)

L-ammont tal-multa imposta fuq Roca fl-Artikolu 2(4)(b) tad-deċiżjoni C(2010) 4185 finali huwa ta’ EUR 6 298 000.

(3)

Ir-rikors huwa miċħud għall-bqija.

(4)

Il-Kummissjoni għandha tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha, terz mill-ispejjeż ta’ Roca.

(5)

Roca għandha tbati żewġ terzi mill-ispejjeż tagħha.


(1)  ĠU C 301, 6.11.2010.


Top