Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62010FN0042

    Kawża F-42/10: Rikors ippreżentat fit- 3 ta’ Ġunju 2010 — Skareby vs Il-Kummissjoni

    ĠU C 209, 31.7.2010, p. 55–56 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    31.7.2010   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 209/55


    Rikors ippreżentat fit-3 ta’ Ġunju 2010 — Skareby vs Il-Kummissjoni

    (Kawża F-42/10)

    ()

    2010/C 209/89

    Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrenti: Carina Skareby (Leuven, il-Belġju) (rappreżentanti: S. Rodrigues u C. Bernard-Glanz, avukati)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

    Suġġett

    L-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tiċħad l-ilment tar-rikorrenti illi hija kienet suġġetta għal u esperjenzat fastidju psikoloġiku fis-snin li hija għamlet fid-Delegazzjoni Reġjonali tal-Kummissjoni fi Kyrgyzstan.

    Talbiet tar-rikorrenti

    titlob lill-Kummissjoni tipproduċi r-rapport tal-IDOC, flimkien mal-provi;

    tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-23 ta’ Lulju 2009 u, jekk ikun il-każ, id-deċiżjoni li tiċħad l-ilment;

    tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.


    Top