Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62010FB0096

    Kawża F-96/10: Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tas- 16 ta’ Ġunju 2011 — Andrecs et vs Il-Kummissjoni ( “Servizz pubbliku — Aġġustament annwali tar-remunerazzjonijiet u tal-pensjonijiet tal-uffiċjali u membri oħra tal-persunal — Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni” )

    ĠU C 252, 27.8.2011, p. 55–55 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    27.8.2011   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 252/55


    Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tas-16 ta’ Ġunju 2011 — Andrecs et vs Il-Kummissjoni

    (Kawża F-96/10) (1)

    (Servizz pubbliku - Aġġustament annwali tar-remunerazzjonijiet u tal-pensjonijiet tal-uffiċjali u membri oħra tal-persunal - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni)

    2011/C 252/120

    Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

    Partijiet

    Rikorrenti: Stefan Robert Andrecs (Uccle, il-Belġju) et (rappreżentant: L. Vogel, avukat)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: G. Berscheid u D. Martin, aġenti)

    Suġġett

    Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-konvenuta li taġġusta r-remunerazzjonijiet, il-pensjonijiet u allowances oħra tar-rikorrenti, b’effett mill-1 ta’ Lulju 2009, riprodotta fl-istqarrijiet ta’ remunerazzjoni tagħhom, fil-kuntest tal-aġġustament annwali tar-remunerazzjonijiet u tal-pensjonijiet tal-uffiċjali u membri oħra tal-persunal abbażi tar-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1296/2009, tat-23 ta’ Diċembru 2009.

    Dispożittiv

    (1)

    Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni dwar ir-rikors F-96/10, Andrecs et vs Il-Kummissjoni.

    (2)

    Ir-rikorrenti għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom kif ukoll dawk tal-Kummissjoni Ewropea.


    (1)  ĠU C 30, 29.01.11, p. 63.


    Top