Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62010CN0613

    Kawża C-613/10: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Commissione Tributaria Provinciale di Parma (l-Italja) fit- 30 ta’ Diċembru 2010 — Danilo Debiasi vs Agenzia delle Entrate Ufficio di Parma

    ĠU C 80, 12.3.2011, p. 12–12 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    12.3.2011   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 80/12


    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Commissione Tributaria Provinciale di Parma (l-Italja) fit-30 ta’ Diċembru 2010 — Danilo Debiasi vs Agenzia delle Entrate Ufficio di Parma

    (Kawża C-613/10)

    2011/C 80/23

    Lingwa tal-kawża: it-Taljan

    Qorti tar-rinviju

    Commissione Tributaria Provinciale di Parma

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrent: Danilo Debiasi

    Konvenuta: Agenzia delle Entrate — Ufficio di Parma

    Domanda preliminari

    Jeżisti kunflitt bejn, minn naħa, l-Artikoli 19(5) u 19a tad-Digriet Presidenzjali Nru 633/72, u min-naħa l-oħra, l-Artikolu 17(2)(a) tad-Direttiva 77/388/KEE u d-dokumenti COM(2001) 260 finali tat-23 ta’ Mejju 2001 u COM(2000) 348 finali tas-7 ta’ Ġunju 2000, kif ukoll trattament inugwali tas-sistema tal-VAT fil-qasam Komunitarju u, b’hekk il-ħtieġa, li ssir armonizzazzjoni tas-sistemi legali Ewropej, peress li Stati Membri differenti japplikaw, taħt ċerti kundizzjonijiet, sistema ta’ tassazzjoni b’rata mnaqqsa?


    Top