Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62010CN0494

    Kawża C-494/10: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landgericht Essen (il-Ġermanja) fil- 15 ta’ Ottubru 2010 — Dr. Biner Bähr, bħala amministratur ġudizzjarju tal-kumpannija Hertie GmbH vs HIDD Hamburg-Bramfeld B.V. 1

    ĠU C 30, 29.1.2011, p. 13–14 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    29.1.2011   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 30/13


    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landgericht Essen (il-Ġermanja) fil-15 ta’ Ottubru 2010 — Dr. Biner Bähr, bħala amministratur ġudizzjarju tal-kumpannija Hertie GmbH vs HIDD Hamburg-Bramfeld B.V. 1

    (Kawża C-494/10)

    ()

    2011/C 30/20

    Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

    Qorti tar-rinviju

    Landgericht Essen.

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrent: Dr. Biner Bähr, amministratur ġudizzjarju tal-kumpannija Hertie GmbH.

    Konvenuta: HIDD Hamburg-Bramfeld B.V. 1.

    Domandi preliminari

    (1)

    Il-Qorti tal-Ġustizzja timxi bħala prinċipju mal-ġurisprudenza tagħha “Seagon vs Deko” (Kawża C-339/07) li tistabbilixxi li l-qrati ta’ Stat Membru, li fit-territorju tiegħu nfetħet il-proċedura ta’ falliment, għandhom ġurisdizzjoni taħt l-Artikolu 3(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1346/2000, tad-29 ta’ Mejju 2000, dwar proċedimenti ta’ falliment (1), sabiex jiddeċiedu dwar azzjoni revokatorja bbażata fuq il-falliment kontra konvenut li l-uffiċċju rreġistrat tiegħu jinsab fi Stat Membru ieħor, anki fil-każ fejn l-ewwel nett jiġu invokati, minbarra l-azzjoni revokatorja, drittijiet li jirriżultaw mir-regoli ta’ żamma tal-kapital ibbażati fuq dispożizzjoni nazzjonali tad-dritt tal-kumpanniji li mill-punt ekonomiku huma intiżi għall-istess għan jew għal “żieda” kwantitattiva meta mqabbla mal-azzjoni revokatorja u li huma indipendenti mill-ftuħ ta’ proċedura ta’ falliment?

    (2)

    Fil-każ fejn l-ewwel domanda teħtieġ risposta negattiva: azzjoni revokatorja bbażata fuq falliment, li l-għan tagħha huwa fl-istess ħin u primarjament dritt indipendenti mill-proċedura ta’ falliment, li l-amministratur ġudizzjarju jinvoka abbażi tad-dritt tal-kumpaniji u li ekonomikament hija intiża għall-istess għan jew għal “żieda” kwantitattiva, taqa’ taħt l-eċċezzjoni ratione materiae prevista fl-Artikolu 1(2)(b) tar-Regolament Nru 44/2001 (2) jew inkella l-ġurisdizzjoni internazzjonali għandha tiġi ddeterminata f’dan ir-rigward skont ir-Regolament Nru 44/2001 b’deroga mis-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-kawża “Seagon vs Deko” (C-339/07)?

    (3)

    Il-proċedura inkwistjoni tirrigwarda kuntratt fis-sens tal-Artikolu 5(1)(a) tar-Regolament Nru 44/2001, meta r-rabta bejn il-partijiet fil-kawża hija bbażata biss fuq relazzjoni indiretta kkostitwita minn sehem ta’ 100 % tal-kumpannija parent tal-grupp f’kull kumpannija involuta fil-kawża?


    (1)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1346/2000, tad-29 ta’ Mejju 2000, dwar proċedimenti ta’ falliment (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 1, p. 191).

    (2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001, tat-22 ta’ Diċembru 2000, dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 4, p. 42).


    Top