This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62010CN0003
Case C-3/10: Reference for a preliminary ruling from the Tribunale di Rossano (Italy) lodged on 5 January 2010 — Franco Affatato v Azienda Sanitaria Provinciale di Cosenza, Azienda Sanitaria n. 3 di Rossano
Kawża C-3/10: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale di Rossano (l-Italja) fil- 5 ta’ Jannar 2010 — Franco Affatato vs Azienda Sanitaria di Cosenza, Azienda Sanitaria n. 3 di Rossano
Kawża C-3/10: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale di Rossano (l-Italja) fil- 5 ta’ Jannar 2010 — Franco Affatato vs Azienda Sanitaria di Cosenza, Azienda Sanitaria n. 3 di Rossano
ĠU C 63, 13.3.2010, p. 34–35
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
13.3.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 63/34 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale di Rossano (l-Italja) fil-5 ta’ Jannar 2010 — Franco Affatato vs Azienda Sanitaria di Cosenza, Azienda Sanitaria n. 3 di Rossano
(Kawża C-3/10)
2010/C 63/55
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Qorti tar-rinviju
Tribunale di Rossano
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Franco Affatato
Konvenuta: Azienda Sanitaria di Cosenza, Azienda Sanitaria n. 3 di Rossano.
Domandi preliminari
(1) |
Il-klawżola 2(1) tal-ftehim qafas implementat bid-Direttiva 1999/70/KE (1) tipprekludi dispożizzjoni nazzjonali, bħal dik prevista mill-Artikolu 8(1) tad-Digriet Leġiżlattiv Nru 468/97 u mill-Artikolu 4(1) tal-Liġi Nru 81/00 għall-ħaddiema soċjalment utli/ħaddiema ta’ utilità pubblika, li, billi teskludi l-istabbiliment ta’ relazzjoni ta’ impjieg fir-rigward tal-ħaddiema kkontemplati minnha, twassal sabiex teskludi l-applikabbiltà tal-leġiżlazzjoni fuq ir-relazzjoniji ta’ impjieg għal żmien fiss, li timplementa d-Direttiva 1999/70KE? |
(2) |
Il-klawżola 2(2) tal-ftehim qafas implementat bid-Direttiva 1999/70/KE tippermetti li ħaddiema bħall-ħaddiema soċjalment utli/ħaddiema ta’ utilità pubblika, irregolati mid-Digriet Leġiżlattiv Nru 468/97 u mil-Liġi Nru 81/00, jiġu inklużi fil-kamp ta’ nonapplikazzjoni tad-Direttiva 1999/70/KE? |
(3) |
Il-ħaddiema msemmija fid-domanda 2 huma koperti mid-definizzjoni pprovduta fil-klawżola 3(1) tal-ftehim qafas implementat bid-Direttiva 1999/70/KE? |
(4) |
Il-klawżola 5 tal-ftehim qafas implementat bid-Direttiva 1999/70/KE u l-prinċipju ta’ trattament ugwali/nondiskriminazzjoni jipprekludu leġiżlazzjoni għall-ħaddiema tas-settur tat-tagħlim [ara, b’mod partikolari, l-Artikolu 4(1) tal-Liġi Nru 124/1999 u l-Artikolu 1(1)(a) tad-Digriet Ministerjali Nru 430/00] li tippermetti li ma tiġix indikata l-kawża tal-ewwel kuntratt għal żmien fiss, filwaqt li, bħala regola ġenerali, il-leġiżlazzjoni nazzjonali teħtieġ dan fir-rigward ta’ kull relazzjoni ta’ impjieg oħra għal żmien fiss, li tippermetti li l-kuntratti jiġġeddu indipendentement mill-eżistenza ta’ eżiġenzi permanenti u fit-tul, li ma tipprovdi la t-tul massimu totali tal-kuntratti jew relazzjonijiet ta’ impjieg għal żmien fiss, la n-numru ta’ tiġdid ta’ dawn il-kuntratti jew relazjonijiet u lanqas, normalment, l-ebda perijodu bejn it-tiġdid, jew fi kliem ieħor, fil-każ ta’ supplenzi annwali, il-perijodi li jikkorrispondu għall-vaganzi tas-sajf fejn l-attività skolastika tkun sospiża jew ridotta ħafna. |
(5) |
Il-corpus ta’ dispożizzjonijiet li jirregolaw is-settur tat-tagħlim, kif deskritt, jista’ jiġi kkunsidrat bħala grupp ta’ miżuri ekwivalenti legali intiżi sabiex jipprevjenu l-abużi? |
(6) |
Skont l-Artikolu 2 tad-Direttiva 1999/70/KE, id-Digriet Leġiżlattiv Nru 368/01 u l-Artikolu 36 tad-Digriet Leġiżlattiv Nru 165/01 jistgħu jiġu kkunsidrati bħala dispożizzjoni li tippreżenta l-karatteristiċi ta’ dispożizzjoni ta’ implementazzjoni tad-Direttiva 1999/70/KE f’dak li jirrigwarda r-relazzjonijiet ta’ impjieg għal żmien fiss fis-settur tat-tagħlim? |
(7) |
Persuna, li tippreżenta l-karatterisitiċi ta’ Poste Italiane SpA, jiġifieri:
għandha tiġi kkunsidrata bħala korp tal-Istat, għall-finijiet tal-applikazzjoni diretta tad-dritt Komunitarju? |
(8) |
Fil-każ li r-risposta għad-domanda 7 tkun fl-affermattiv, skont il-klawżola 5, l-imsemmija kumpannija tista’ tikkostitwixxi settur, jiġifieri l-persunal kollu li jista’ jintuża minn din il-persuna, jew kategorija speċifika ta’ ħaddiema, għall-finijiet tad-differenzazzjoni tal-miżuri restrittivi? |
(9) |
Fil-każ li r-risposta għad-domanda 7 tkun fl-affermattiv, il-klawżola 5 tad-Direttiva 1999/70/KE waħedha, jew moqrija flimkien mal-klawżoli 2 u 4 u mal-prinċipju ta’ trattament ugwali/nondiskriminazzjoni, tipprekludi dispożizzjoni bħall-Artikolu 2(1a) tad-Digriet Leġiżlattiv Nru 368/01, li tippermetti li l-perijodu ta’ kuntratt tax-xogħol fir-rigward ta’ persuna speċifika jiġi stabbilit mingħajr kawża, jew li, b’kuntrast mal-miżura restrittiva interna normalment prevista (Artikolu 1 tad-Digriet Leġiżlattiv Nru 368/01), teżenta lill-din il-persuna mill-obbligu li tindika bil-miktub u tipprova, fil-każ ta’ kontestazzjoni, ir-raġunijiet tekniċi jew ir-raġunijiet relatati ma’ eżiġenzi ta’ produzzjoni, ta’ organizzazzjoni jew ta’ sostituzzjoni ta’ impjegati li ddeterminaw l-istabbiliment tal-perijodu tal-kuntratt tax-xogħol, fid-dawl tal-fatt li huwa possibbli li tingħata estensjoni tal-kuntratt inizjali li tkun meħtieġa minħabba raġunijiet oġġettivi u fir-rigward tal-istess xogħol li għalih ġie konkluż il-kuntratt għal żmien fiss? |
(10) |
Id-Digriet Leġiżlattiv Nru 368/01 u l-Artikolu 36(5) tad-Digriet Leġiżlattiv Nru 165/01 jikkostitwixxu leġiżlazzjoni ġenerali ta’ implementazzjoni tad-Direttiva1999/70/KE għall-persunal tal-Istat, fid-dawl tal-eċċezzjonijiet għall-imsemmija dispożizzjonijiet ġenerali kif iddefiniti insegwitu għar-risposti għad-domandi 1 sa 9? |
(11) |
Fin-nuqqas ta’ dispożizzjonijiet sanzjonatorji fir-rigward tal-ħaddiema soċjalment utli/ta’ utilità pubblika u tal-ħaddiema fis-settur tat-tagħlim kif deskritti, id-Direttiva 1999/70/KE, u b’mod partikolari, il-klawżola 5(2)(b), tipprekludi l-applikazzjoni b’analoġija ta’ leġiżlazzjoni li hija sempliċement intiża li tirregola l-kumpens, bħal dik prevista fl-Artikolu 36(5) tad-Digriet Leġiżlattiv Nru 165/01, jew fi kliem ieħor, il-Klawżola 5(2)(b) tistabbilixxi prinċipju ta’ preferenza sabiex il-kuntratti jew ir-relazjonijiet ta’ impjieg jitqiesu bħala konklużi għal żmien indefinit? |
(12) |
Il-prinċipju Komunitarju ta’ trattament ugwali/nondiskriminazzjoni, il-klawżola 4 u l-klawżola 5(1), jipprekludu differenzjazzjoni ta’ sistemi ta’ sanzjoni fis-settur tal-“persunal tal-korpi tal-Istat” fid-dawl tal-oriġini tar-relazzjoni ta’ impjieg, jew tal-persuna li tħaddem, jew saħansitra fis-settur tat-tagħlim? |
(13) |
Jekk jiġi kkunsidrat li l-kamp ta’ implementazzjoni intern tad-Direttiva 1999/70/KE fir-rigward tal-Isat jew tal-korpi assimilati mal-Istat ġie ddefinit insegwitu għar-risposti għad-domandi preċedenti, il-klawżola 5 tipprekludi leġiżlazzjoni bħal dik prevista fl-Artikolu 36(5) tad-Digriet Leġiżlattiv Nru 165/01, li assolutament tipprojbixxi lill-Istat milli jikkonverti relazzjonijiet ta’ impjieg, jew fi kliem ieħor liema huma l-verifiki ulterjuri li l-qorti nazzjonali għandha tagħmel għall-finijiet tan-nonapplikazzjoni tal-projbizzjoni li jiġu stabbiliti relazzjonijiet ta’ impjieg għal żmien indefinit mal-imsemmija awtoritajiet pubbliċi? |
(14) |
Id-Direttiva 1999/70/KE għandha topera integralment fir-rigward tal-Italja, jew, fi kliem ieħor, il-konverżjoni tar-relazzjonijiet ta’ impjieg f’dak li jirrigwarda l-amministrazzjoni pubblika tmur kontra l-prinċipji fundamentali tas-sistema legali interna b’tali mod li hemm lok li l-klawżola 5 ma tiġix applikata f’dan ir-rigward peress li din tinvolvi effett li jmur kontra l-Artikolu 1-5 tat-Trattat ta’ Lisbona, billi ma tirrispettax l-istrutturi politiċi u kostituzzjonali fundamentali, jew, fi kliem ieħor, il-funzjonijiet Statali essenzjali tal-Italja? |
(15) |
Il-klawżola 5 tad-Direttiva 1999/70/KE, peress li tipprovdi, fil-każ ta’ projbizzjoni ta’ konverżjoni tar-relazzjoni ta’ impjieg, għan-neċessita ta’ miżura li toffri garanziji effettivi u ekwivalenti ta’ protezzjoni tal-ħaddiema, meta mqabbla ma’ sitwazzjonijiet simili tad-dritt intern, sabiex jiġu debitament issanzjonati l-abbużi li jirriżultaw mill-ksur tal-imsemmija klawżola 5 u mxejna l-konsegwenzi tal-ksur tad-dritt Komunitarju, timponi t-teħid inkunsiderazzjoni, bħala sitwazzjoni simili tad-dritt intern, tar-relazzjoni ta’ impjieg għal żmien indefinit mal-Istat, li kienet tirriżulta għall-ħaddiem fin-nuqqas tal-Artikolu 36, jew inkella ta’ relazzjoni ta’ impjieg għal żmien indefinit ma’ persuna privata, li fir-rigward tagħha r-relazzjoni ta’ impjieg kienet tkun ikkaratterizzata minn stabbiltà simili għal dik ta’ relazjoni ta’ impjieg mal-Istat? |
(16) |
Il-klawżola 5 tad-Direttiva 1999/70/KE, peress li tipprovdi, fil-każ ta’ projbizzjoni ta’ konverżjoni tar-relazjoni ta’ impjieg, għan-neċessita ta’ miżura li toffri garanziji effettivi u ekwivalenti ta’ protezzjoni tal-ħaddiema, meta mqabbla ma’ sitwazzjonijiet simili tad-dritt intern, sabiex jiġu debitament issanzjonati l-abbużi li jirriżultaw mill-ksur tal-imsemmija klawżola 5 u mxejna l-konsegwenzi tal-ksur tad-dritt Komunitarju, timponi t-teħid inkunsiderazzjoni, għas-sanzjoni:
|
(1) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 3, p. 368