This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62010CJ0403
Judgment of the Court (Third Chamber) of 28 July 2011. # Mediaset SpA v European Commission. # Appeal - Subsidies granted by the Italian Republic to promote the purchase of digital decoders - Non-inclusion of decoders for the reception solely of television programmes broadcast by satellite - Decision declaring the aid to be incompatible with the common market. # Case C-403/10 P.
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (it-Tielet Awla) tat-28 ta' Lulju 2011.
Mediaset SpA vs Il-Kummissjoni Ewropea.
Appell - Sussidji mogħtija mir-Repubblika Taljana bi ħsieb li tippromwovi x-xiri ta' dekoders diġitali - Nuqqas ta' inklużjoni tad-dekoders li jippermettu r-riċezzjoni ta' programmi televiżivi mxandra bis-satellita - Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq komuni.
Kawża C-403/10 P.
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (it-Tielet Awla) tat-28 ta' Lulju 2011.
Mediaset SpA vs Il-Kummissjoni Ewropea.
Appell - Sussidji mogħtija mir-Repubblika Taljana bi ħsieb li tippromwovi x-xiri ta' dekoders diġitali - Nuqqas ta' inklużjoni tad-dekoders li jippermettu r-riċezzjoni ta' programmi televiżivi mxandra bis-satellita - Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq komuni.
Kawża C-403/10 P.
ECLI identifier: ECLI:EU:C:2011:533
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-28 ta’ Lulju 2011 – Mediaset vs Il-Kummissjoni
(Kawża C-403/10 P)
“Appell – Sussidji mogħtija mir-Repubblika Taljana bi ħsieb li tippromwovi x-xiri ta’ dekoders diġitali – Nuqqas ta’ inklużjoni tad-dekoders li jippermettu r-riċezzjoni ta’ programmi televiżivi mxandra bis-satellita – Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq komuni”
1. Proċedura - Rikors promotur - Rekwiżiti proċedurali - Sunt tal-motivi invokati - Assenza - Inammissibbiltà (Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 44(1)(ċ)) (ara l-punti 42-45, 52, 55, 56)
2. Għajnuna mogħtija mill-Istati - Kunċett - Natura selettiva tal-miżura - Sussidju għax-xiri ta’ dekoders diġitali li jagħtu vantaġġ lix-xandara diġitali terrestri u lill-operaturi bil-kejbil meta mqabbla max-xandara bis-satellita - Inklużjoni (Artikolu 87(1)KE) (ara l-punti 36, 62-65)
3. Appell - Aggravji - Evalwazzjoni tal-vantaġġ ekonomiku mogħti minn miżura ta’ għajnuna mill-Istat - Motiv li jippresupponi evalwazzjoni tal-fatti li taqa’ taħt il-kompetenza esklużiva tal-Qorti Ġenerali, u hija eskluża, ħlief fil-każ ta’ żnaturament, għall-istħarriġ tal-Qorti tal-Ġustizzja (Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 58) (ara l-punti 73-77)
4. Appell - Aggravji - Motivazzjoni insuffiċjenti - Użu ta’ motivazzjoni impliċita mill-Qorti Ġenerali - Ammissibbiltà - Kundizzjonijiet (ara l-punt 88)
5. Għajnuna mogħtija mill-Istati - Projbizzjoni - Derogi - Għajnuna li tista’ tibbenefika mid-deroga prevista fl-Artikolu 87(3)(ċ) KE - Kundizzjonijiet - Sussidju għax-xiri ta’ dekoders diġitali terrestri - Esklużjoni (Artikolu 87(3)(ċ) KE) (ara l-punti 101-104)
6. Atti tal-istituzzjonijiet - Motivazzjoni - Obbligu - Portata - Deċiżjoni tal-Kummissjoni fil-qasam tal-għajnuna mill-Istat - Karatterizzazzjoni tal-effett ħażin fuq il-kompetizzjoni u tal-effett fuq il-kummerċ bejn Stati Membri (Artikoli 87(1) KE u 253 KE) (ara l-punti 111, 113, 115)
7. Għajnuna mogħtija mill-Istati - Irkupru ta’ għajnuna illegali - Applikazzjoni tad-dritt nazzjonali - Kundizzjonijiet u limiti (Artikolu 88 KE; Regolament tal-Kunsill Nru 659/1999, Artikolu 14(1)) (ara l-punti 122, 123)
8. Għajnuna mogħtija mill-Istati - Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tikkonstata l-inkompatibbiltà ta’ għajnuna mas-suq komuni u li tordna l-ħlas lura tagħha - Possibbiltà għall-Kummissjoni li tħalli lill-awtoritajiet nazzjonali l-inkarigu li jikkalkolaw l-ammont preċiż li għandu jitħallas lura - Ksur tal-prinċipju ta’ ċertezza legali - Assenza (Artikolu 88 KE; Regolament tal-Kunsill Nru 659/1999, Artikolu 14(1)) (ara l-punti 126-128)
Suġġett
Appell mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla), tal-15 ta’ Ġunju 2010, Mediaset vs Il-Kummissjoni (T‑177/07), li permezz tagħha l-Qorti Ġenerali ċaħdet rikors intiż għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2006) 6634 finali, tal-24 ta’ Jannar 2007, li tiddikjara bħala inkompatibbli mas-suq komuni s-sussidji mogħtija mill-Italja, fl-2004 u fl-2005, intiżi sabiex il-konsumaturi jixtru jew jikru dekoders diġitali interattivi li jippermettu r-riċezzjoni ta’ programmi permezz tat-teknoloġija diġitali terrestri jew bil-kejbil, għaliex dawn jeskludu d-dekoders li jippermettu r-riċezzjoni ta’ programmi permezz tat-teknoloġija tax-xandir televiżiv bis-satellita (Għajnuna Nru C 52/2005, ex NN 88/2005, ex CP 101/2004. |
Dispożittiv
1) |
L-appell huwa miċħud. |
2) |
Mediaset SpA hija kkundannata kemm għall-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea u minn Sky Italia Srl. |