Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62010CA0095

    Kawża C-95/10: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tas- 17 ta’ Marzu 2011 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Supremo Tribunal Administrativo — il-Portugall) — Strong Segurança SA vs Município de Sintra, Securitas-Serviços e Tecnologia de Segurança (Kuntratti għal servizzi pubbliċi — Direttiva 2004/18/KE — Artikolu 47(2) — Effett dirett — Applikabbiltà għas-servizzi li jaqgħu taħt l-Anness II B tad-Direttiva)

    ĠU C 139, 7.5.2011, p. 11–11 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    7.5.2011   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 139/11


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tas-17 ta’ Marzu 2011 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Supremo Tribunal Administrativo — il-Portugall) — Strong Segurança SA vs Município de Sintra, Securitas-Serviços e Tecnologia de Segurança

    (Kawża C-95/10) (1)

    (Kuntratti għal servizzi pubbliċi - Direttiva 2004/18/KE - Artikolu 47(2) - Effett dirett - Applikabbiltà għas-servizzi li jaqgħu taħt l-Anness II B tad-Direttiva)

    2011/C 139/17

    Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

    Qorti tar-rinviju

    Supremo Tribunal Administrativo

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: Strong Segurança SA

    Konvenuti: Município de Sintra, Securitas-Serviços u Tecnologia de Segurança

    Suġġett

    Talba għal deċiżjoni preliminari — Supremo Tribunal Administrativo — Interpretazzjoni tal-Artikoli 21, 23, 35(4) u 47(2) u tal-Anness II B tad-Direttiva 2004/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-31 ta’ Marzu 2004, fuq kordinazzjoni ta’ proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi, kuntratti għal provvisti pubbliċi u kuntratti għal servizzi pubbliċi [kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet, għal provvisti u għal servizzi] (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 7, p. 132) — Kapaċità ekonomika u finanzjarja tal-offerenti — Possibbiltà għal operatur ekonomiku li jagħmel użu minn kapaċitajiet ta’ entitajiet oħra — Effett dirett ta’ direttiva trasposta tardivament.

    Dispożittiv

    Id-Direttiva 2004/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-31 ta’ Marzu 2004, fuq koordinazzjoni ta’ proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi, kuntratti għal provvisti pubbliċi u kuntratti għal servizzi pubbliċi [kuntratti pubbliċi għl xogħlijiet, għal provvisti u għal servizzi], ma toħloqx l-obbligu, għall-Istati Membri, li japplikaw l-Artikolu 47(2) ta’ din id-direttiva wkoll għall-kuntratti għal servizzi elenkati fl-Anness II B ta’ din tal-aħħar. Madankollu, din id-direttiva ma tipprekludix lill-Istati Membri u, eventwalment, lill-awtoritajiet kontraenti, milli jipprevedu, rispettivament, fil-leġiżlazzjoni tagħhom u fid-dokumenti relatati mal-kuntratt, tali applikazzjoni.


    (1)  ĠU C 113, 01.05.2010


    Top