Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62009TN0501

    Kawża T-501/09: Rikors ippreżentat fit- 8 ta’ Diċembru 2009 — PhysioNova vs UASI — Flex Equipos de Descanso (FLEX)

    ĠU C 37, 13.2.2010, p. 46–47 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    13.2.2010   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 37/46


    Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Diċembru 2009 — PhysioNova vs UASI — Flex Equipos de Descanso (FLEX)

    (Kawża T-501/09)

    2010/C 37/67

    Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

    Partijiet

    Rikorrenti: PhysioNova GmbH (Erlangen, Il-Ġermanja) (rappreżentant: J. Klink, avukat)

    Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

    Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Flex Equipos de Descanso, SA (Madrid, Spanja)

    Talbiet tar-rikorrenti

    tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tat-30 ta’ Settembru 2009, fil-Każ R 1/2009-1;

    temenda d-deċiżjoni kkontestata tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tat-30 ta’ Settembru 2009, fil-Każ R 1/2009-1, sa fejn tiġi annullata d-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellament, tas-27 ta’ Ottubru 2008, fil-Każ 2237 C;

    tikkundanna lill-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) għall-ispejjeż tal-proċedimenti inklużi dawk inkorsi fil-proċedimenti tal-appell.

    Motivi u argumenti prinċipali

    Trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett tat-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità: it-trade mark figurattiva Komunitarja “FLEX” Nru 2 275 220 għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 6, 10, 17 u 20

    Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja: Flex Equipos de Descanso, SA

    Parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta’ invalidità tat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

    Trade mark tal-parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta’ invalidità: it-trade mark Ġermaniża Nru 39 903 314“PhysioFlex” u t-trade mark Ġermaniża Nru 39 644 431“Rotoflex”

    Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni: talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità miċħuda

    Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

    Motivi invokati: ksur kontra l-Artikolu 8(1)(b) Nru 207/2009 (1), peress li hemm probabbiltà ta’ konfużjoni bejn it-trade marks kunfliġġenti


    (1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas-26 ta’ Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU L 2009, L 78, p. 1)


    Top