EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62009TA0460

Kawża T-460/09: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal- 5 ta’ Mejju 2011 — CheapFlights International Ltd vs UASI — Cheapflights (Cheapflights) ( “Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva Cheapflights — Trade mark nazzjonali figurattiva preċedenti CheapFlights — Raġuni relattiva għal rifjut — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Xebh tas-sinjali — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009” )

ĠU C 186, 25.6.2011, p. 22–22 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

25.6.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 186/22


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-5 ta’ Mejju 2011 — CheapFlights International Ltd vs UASI — Cheapflights (Cheapflights)

(Kawża T-460/09) (1)

(Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva Cheapflights - Trade mark nazzjonali figurattiva preċedenti CheapFlights - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Xebh tas-sinjali - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)

2011/C 186/40

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: CheapFlights International Ltd (Ballybofey, l-Irlanda) (rappreżentanti: A. von Mühlendahl u H. Hartwig, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: D. Botis, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Cheapflights Ltd (Londra, ir-Renju Unit) (rappreżentant: M. Edenborough, QC)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI tal-31 ta’ Awwissu 2009 (Każ R 1356/2007-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn CheapFlights International Ltd u Cheapflights Ltd.

Dispożittiv

(1)

Id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) tal-31 ta’ Awwissu 2009 (Każ R 1356/2007-4) hija annullata.

(2)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

(3)

L-UASI u Cheapflights Ltd huma kkundannati għall-ispejjeż, inklużi dawk sostnuti minn CheapFlights International Ltd fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell.


(1)  ĠU C 24, 30.01.2010.


Top