Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62009TA0304

    Kawża T-304/09: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat- 18 ta’ Jannar 2012 — Tilda Riceland Private vs UASI — Siam Grains (BASMALI) ( “Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva BASmALI — Trade mark preċedenti mhux irreġistrata u sinjal preċedenti BASMATI — Raġuni relattiva għal rifjut — Artikolu 8(4) tar-Regolament (KE) Nru 40/94, (li sar l-Artikolu 8(4) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)” )

    ĠU C 58, 25.2.2012, p. 7–8 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    25.2.2012   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 58/7


    Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-18 ta’ Jannar 2012 — Tilda Riceland Private vs UASI — Siam Grains (BASMALI)

    (Kawża T-304/09) (1)

    (Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva BASmALI - Trade mark preċedenti mhux irreġistrata u sinjal preċedenti BASMATI - Raġuni relattiva għal rifjut - Artikolu 8(4) tar-Regolament (KE) Nru 40/94, (li sar l-Artikolu 8(4) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009))

    2012/C 58/12

    Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrenti: Tilda Riceland Private Ltd (Gurgaon, l-Indja) (rappreżentanti: S. Malynicz, barrister, N. Urwin u D. Sills, solicitors)

    Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: P. Geroulakos, aġent)

    Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Siam Grains Co. Ltd (Bangkok, it-Tajlandja) (rappreżentant: C. Thomas-Raquin, avukat)

    Suġġett

    Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tad-19 ta’ Marzu 2009 (Każ R 513/2008-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Tilda Riceland Private Ltd u Siam Grains Co. Ltd.

    Dispożittiv

    (1)

    Id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) tad-19 ta’ Marzu 2009 (Każ R 513/2008-1) hija annullata.

    (2)

    L-UASI, minbarra l-ispejjeż tiegħu, huwa kkundannat għal żewġ terzi tal-ispejjeż ta’ Tilda Riceland Private Ltd.

    (3)

    Siam Grains Co. Ltd, minbarra l-ispejjeż tagħha, hija kkundannata għal terz tal-ispejjeż ta’ Tilda Riceland Private Ltd.


    (1)  ĠU C 244, 10.10.2009.


    Top