This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62009FO0054
Order of the Civil Service Tribunal (First Chamber) of 30 November 2009. # Giorgio Lebedef v Commission of the European Communities. # Public service - Officials. # Case F-54/09.
Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tat-30 ta' Novembru 2009.
Giorgio Lebedef vs il-Kummisjoni tal-Komunitajiet Ewropej.
Servizz pubbliku - Uffiċjali.
Kawża F-54/09.
Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tat-30 ta' Novembru 2009.
Giorgio Lebedef vs il-Kummisjoni tal-Komunitajiet Ewropej.
Servizz pubbliku - Uffiċjali.
Kawża F-54/09.
Ġabra tal-Ġurisprudenza – Servizz Pubbliku 2009 I-A-1-00505; II-A-1-02735
ECLI identifier: ECLI:EU:F:2009:166
DIGRIET TAT-TRIBUNAL GĦAS-SERVIZZ PUBBLIKU
(L-Ewwel Awla)
30 ta’ Novembru 2009
Kawża F-54/09
Giorgio Lebedef
vs
Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej
“Servizz pubbliku – Uffiċjali – Leave annwali – Kollokament part-time għall-finijiet ta’ rappreżentazzjoni f’sindakat – Assenza mhux awtorizzata – Tnaqqis mid-dritt għal-leave annwali – Artikolu 60 tar-Regolamenti tal-Persunal – Rikors manifestament infondat”
Suġġett: Rikors, ippreżentat skont l-Artikoli 236 KE u 152 KEEA, li permezz tiegħu G. Lebedef jitlob l-annullament tad-deċiżjonijiet tal-15 ta’ Frar, tal-1 ta’ April, tal-10 ta’ April, tal-20 ta’ Mejju u tal-14 ta’ Lulju 2008. Dawn id-deċiżjonijiet kollha jirrigwardaw it‑tnaqqis ta’ 39 ġurnata b’kollox mid-dritt tiegħu għal-leave għas‑sena 2008.
Deċiżjoni: Ir-rikors huwa miċħud bħala manifestament infondat fid-dritt. Ir‑rikorrent għandu jbati l-ispejjeż kollha.
Sommarju
1. Proċedura – Deċiżjoni meħuda permezz ta’ digriet motivat – Kundizzjonijiet
(Regoli tal-Proċedura tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku, Artikolu 76)
2. Uffiċjali – Rappreżentanza – Protezzjoni tar-rappreżentanti tal-persunal
(Regolamenti tal-Persunal, Anness II, is-sitt subparagrafu tal-Artikolu 1)
1. Il-qorti Komunitarja għandha d-dritt tevalwa, skont iċ-ċirkustanzi tal-każ, jekk l-amministrazzjoni tajba tal-ġustizzja tiġġustifikax li rikors manifestament infondat jiġi miċħud fil-mertu skont l-Artikolu 76 tar-Regoli tal-Proċedura tat‑Tribunal għas-Servizz Pubbliku, mingħajr ma tingħata deċiżjoni minn qabel fuq motiv ta’ inammissibbiltà mqajjem mill-konvenuta. Dan japplika fil-każ fejn is-soluzzjoni adottata mit‑Tribunal f’sentenza preċedenti li tikkonċerna lir‑rikorrent tista’ tiġi trasposta mutatis mutandis, servatis servandis, għall-każ ineżami.
(ara l-punti 45 u 46)
Referenza:
It-Tribunal għas-Servizz Pubbliku: 20 ta’ Jannar 2009, Klein vs Il-Kummissjoni, F‑32/08, ĠabraSP p. I‑A‑1‑0000 u II‑A‑1‑0000, punt 20, u l-ġurisprudenza ċċitata; 7 ta’ Lulju 2009, Lebedef vs Il-Kummissjoni, F‑39/08, ĠabraSP p. I‑A‑1‑0000 u II‑A‑1‑0000
2. L-Artikolu 10 tal-ftehim qafas tas-27 ta’ Jannar 2006, li jirregola r-relazzjonijiet bejn il-Kummissjoni u l-organizzazzjonijiet sindakali u professjonali, u s-sitt subparagarfu tal-Artikolu 1 tal-Anness II tar-Regolamenti tal-Persunal għandhom essenzjalment l-istess kontenut u l-istess għan, jiġifieri l-protezzjoni tar‑rappreżentanti tal-persunal, u essenzjalment huma differenti biss għal dak li jirrigwarda l-kampijiet ta’ applikazzjoni rispettivi tagħhom. Fil-fatt, is-sitt subparagrafu tal-Artikolu 1 tal-Anness II tar-Regolamenti tal-Persunal ikopri r‑rappreżentanti stabbiliti taħt ir-Regolamenti tal-Persunal, jiġifieri l-membri tal‑kumitat tal-persunal u l-uffiċjali maħtura mill-kumitat ta’ organi stabbiliti taħt ir-Regolamenti tal-Persunal, filwaqt li l-Artikolu 10 tal-ftehim qafas jirrigwarda d‑delegati u r-rappreżentanti tas-sindakati.
(ara l-punt 49)
Referenza:
It-Tribunal għas-Servizz Pubbliku: Lebedef vs Il-Kummissjoni, iċċitata iktar ’il fuq