Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62009FA0012

    Kawża F-12/09: Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tal- 14 ta’ Settembru 2011 — A vs Il-Kummissjoni (Servizz pubbliku — Uffiċjali — Marda kkaġunata mix-xogħol — Relazzjoni bejn il-proċeduri previsti fl-Artikoli 73 u 78 tar-Regolamenti tal-Persunal — Dannu provviżorju — Rimbors ta’ spejjeż mediċi — Aċċess għall-fajl individwali)

    ĠU C 362, 10.12.2011, p. 22–22 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    10.12.2011   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 362/22


    Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tal-14 ta’ Settembru 2011 — A vs Il-Kummissjoni

    (Kawża F-12/09) (1)

    (Servizz pubbliku - Uffiċjali - Marda kkaġunata mix-xogħol - Relazzjoni bejn il-proċeduri previsti fl-Artikoli 73 u 78 tar-Regolamenti tal-Persunal - Dannu provviżorju - Rimbors ta’ spejjeż mediċi - Aċċess għall-fajl individwali)

    2011/C 362/34

    Lingwa tal-kawża:il-Franċiż

    Partijiet

    Rikorrent: A (P., Franza) (rappreżentanti: B. Cambier u A. Paternostre, avutati)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Currall u J. Baquero Cruz, aġenti)

    Suġġett

    Minn naħa, talba sabiex il-Kummissjoni tiġi ddikjarata responsabbli għal ċerti żbalji allegatament imwettqa fil-konfront tar-rikorrent fil-kuntest tal-proċedura applikata fuq il-bażi tal-Artikolu 73 tar-Regolamenti tal-Persunal, kif ukoll l-annullament ta’ diversi deċiżjonijiet li jċaħħdu lir-rikorrent mill-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 73(2)(b) tar-Regolamenti, milli jiġi pprovdut b’diversi dokumenti li jifformaw parti mill-fajl mediku tiegħu u milli jiġi rrimborsat għal ċerti spejjeż mediċi — Min-naħa l-oħra, talba għal kumpens għad-danni allegatament sostnuti.

    Dispożittiv

    (1)

    Ir-rikors huwa miċħud.

    (2)

    Ir-rikorrent huwa kkundannat għall-ispejjeż kollha.


    (1)  ĠU C 113 16.05.09, p. 45.


    Top