Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62009CN0109

    Kawża C-109/09: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesarbeitsgericht (Il-Ġermanja) fit- 23 ta’ Marzu 2009 — Deutsche Lufthansa AG vs Gertraud Kumpan

    ĠU C 141, 20.6.2009, p. 25–25 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    20.6.2009   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 141/25


    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesarbeitsgericht (Il-Ġermanja) fit-23 ta’ Marzu 2009 — Deutsche Lufthansa AG vs Gertraud Kumpan

    (Kawża C-109/09)

    2009/C 141/44

    Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

    Qorti tar-rinviju

    Bundesarbeitsgericht

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: Deutsche Lufthansa AG

    Konvenuta: Gertraud Kumpan

    Domandi preliminari

    1)

    L-Artikoli 1, 2(1) u 6(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 2000/78/KE, tas-27 ta’ Novembru 2000, li tistabbilixxi qafas ġenerali għall-ugwaljanza fit-trattament fl-impjieg u fix-xogħol (1), għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu dispożizzjoni legali nazzjonali, li daħlet fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 2001, li abbażi tagħha jistgħu jiġu konklużi kuntratti ta’ xogħol għal żmien fiss mingħajr kundizzjonijiet oħra ma’ ħaddiema sempliċement għaliex dawn laħqu l-età ta’ 58 sena?

    2)

    Il-punt 1 tal-klawżola 5 tal-ftehim qafas dwar xogħol għal żmien fiss konkluż mill-ETUC, mill-UNICE u mis-CEEP, implementat permezz tad-Direttiva tal-Kunsill 1999/70/KE, tat-28 ta’ Ġunju 1999 (2), għandu jiġi interpretat fis-sens li huwa jipprekludi dispożizzjoni legali nazzjonali li tawtorizza, mingħajr kundizzjonijiet oħra u mingħajr limitu ta’ żmien, il-konklużjoni ta’ numru illimitat ta’ kuntratti ta’ xogħol għal żmien fiss konsekuttivi fin-nuqqas ta’ raġuni oġġettiva sempliċement għaliex, fil-mument li fih tibda r-relazzjoni kuntrattwali għal żmien fiss, il-ħaddiem ikun laħaq l-età ta’ 58 sena u ma jkun hemm l-ebda rabta oġġettiva stretta ma’ relazzjoni preċedenti ta’ xogħol għal żmien indefinit mal-istess persuna li timpjega?

    3)

    Fil-każ li l-ewwel żewġ domandi jingħataw risposta fl-affermattiv:

    Il-qrati nazzjonali huma marbuta li ma japplikawx id-dispożizzjoni tad-dritt nazzjonali?


    (1)  ĠU L 303, p. 16.

    (2)  ĠU L 175, p. 43.


    Top