This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62009CN0012
Case C-12/09: Action brought on 9 January 2009 — Commission of the European Communities v Italian Republic
Kawża C-12/09: Rikors ippreżentat fid- 9 ta' Jannar 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Taljana
Kawża C-12/09: Rikors ippreżentat fid- 9 ta' Jannar 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Taljana
ĠU C 55, 7.3.2009, p. 21–21
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
7.3.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 55/21 |
Rikors ippreżentat fid-9 ta' Jannar 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Taljana
(Kawża C-12/09)
(2009/C 55/35)
Lingwa tal-kawża: It-Taljan
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: C. Cattabriga u S. Mortoni, aġenti)
Konvenuta: Ir-Repubblika Taljana
Talbiet
— |
tikkonstata illi billi r-Repubblika Taljana ma adottatx il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex tikkonforma ruħha mad-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/17/KE (1), tat-8 ta' Frar 2006, li timplementa d-Direttiva 2004/23/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' ċerti rekwiżiti tekniċi għad-donazzjoni, ksib u ttestjar ta' tessuti u ċelloli tal-bniedem, jew f'kull każ billi ma nnotifikax l-imsemmija dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni, hija naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 7(1) tal-imsemmija direttiva. |
— |
tikkundanna lir-Repubblika Taljana għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
It-terminu stabbilit għat-traspożizzjoni tad-direttiva 2006/17 skada fl-1 ta' Novembru 2006.
(1) ĠU L 38 p. 40.