Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62009CG0001

    Opinjoni 1/09: Opinjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja (Seduta Plenarja) tat- 8 ta’ Marzu 2011 — Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (Opinjoni mogħtija taħt l-Artikolu 218(11) TFUE — Abbozz ta’ ftehim — Ħolqien ta’ sistema unifikata ta’ riżoluzzjoni ta’ tilwim fil-qasam tal-privattivi — Qorti tal-privattiva Ewropea u tal-privattiva Komunitarja — Kompatibbiltà ta’ dan l-abbozz mat-trattati)

    ĠU C 211, 16.7.2011, p. 2–3 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    16.7.2011   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 211/2


    Opinjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja (Seduta Plenarja) tat-8 ta’ Marzu 2011 — Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

    (Opinjoni 1/09) (1)

    (Opinjoni mogħtija taħt l-Artikolu 218(11) TFUE - Abbozz ta’ ftehim - Ħolqien ta’ sistema unifikata ta’ riżoluzzjoni ta’ tilwim fil-qasam tal-privattivi - Qorti tal-privattiva Ewropea u tal-privattiva Komunitarja - Kompatibbiltà ta’ dan l-abbozz mat-trattati)

    2011/C 211/03

    Lingwa tal-Kawża: il-lingwi kollha

    Partijiet

    Rikorrent: Il- Kunsill tal-Unjoni Ewropea

    Suġġett

    Talba għal opinjoni — Kompatibbiltà, mat-Trattat KE, ta’ abbozz ta’ ftehim li joħloq sistema unifikata għas-soluzzjoni ta’ tilwim fil-qasam tal-privattivi — Qorti tal-privattiva Ewropea u tal-privattiva Komunitarja, komposta minn qorti tal-ewwel istanza u qorti tal-appell — Għoti, lil dawn il-qrati, ta’ kompetenza li jiddeċiedu, b’mod partikolari, fuq il-kawżi rigward il-validità u/jew l-applikazzjoni tal-privattivi Komunitarji, marbuta mal-fakultà jew, rispettivament, l-obbligu, għal dawn il-qrati, li jressqu quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja domandi preliminari fir-rigward tal-interpretazzjoni tat-Trattat KE jew il-validità u l-interpretazzjoni ta’ atti adottati mill-istituzzjonijiet tal-Unjoni — Preġudizzju għall-awtonomija tas-sistema legali Komunitarja u għan-natura primarja tad-dritt Komunitarju?

    Dispożittiv

    Il-ftehim previst li joħloq sistema unifikata ta’ riżoluzzjoni ta’ tilwim fil-qasam tal-privattivi (attwalment intitolat “Qorti tal-privattiva Ewropea u tal-privattiva Komunitarja”) ma huwiex kompatibbli mad-dispożizzjonijiet tat-Trattat UE u tat-Trattat FUE.


    (1)  JO C 220, 12.09.2009


    Top