Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62009CA0336

    Kawża C-336/09 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tas- 26 ta’ Ġunju 2012 — Ir-Repubblika tal-Polonja vs Il-Kummissjoni Ewropea ( “Appell — Organizzazzjoni komuni tas-swieq — Miżuri tranżitorji li għandhom jiġu adottati minħabba l-adeżjoni ta’ Stati Membri ġodda — Regolament (KE) Nru 60/2004 li jistabbilixxi miżuri fis-settur taz-zokkor — Rikors għal annullament — Terminu — Bidu tad-dekorrenza — Dewmien — Inammissibbiltà — Aggravji — Ksur tal-prinċipji li jikkostitwixxu komunità ta’ dritt u tal-prinċipju ta’ protezzjoni ġudizzjarja effettiva” )

    ĠU C 258, 25.8.2012, p. 2–3 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    25.8.2012   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 258/2


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tas-26 ta’ Ġunju 2012 — Ir-Repubblika tal-Polonja vs Il-Kummissjoni Ewropea

    (Kawża C-336/09 P) (1)

    (Appell - Organizzazzjoni komuni tas-swieq - Miżuri tranżitorji li għandhom jiġu adottati minħabba l-adeżjoni ta’ Stati Membri ġodda - Regolament (KE) Nru 60/2004 li jistabbilixxi miżuri fis-settur taz-zokkor - Rikors għal annullament - Terminu - Bidu tad-dekorrenza - Dewmien - Inammissibbiltà - Aggravji - Ksur tal-prinċipji li jikkostitwixxu komunità ta’ dritt u tal-prinċipju ta’ protezzjoni ġudizzjarja effettiva)

    2012/C 258/03

    Lingwa tal-proċedura: Il-Pollakk

    Partijiet

    Appellanti: Ir-Repubblika tal-Polonja (rappreżentanti: M. Dowgielewicz u M. Szpunar, aġenti)

    Appellata: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: H. Tserepa-Lacombe, A. Stobiecka-Kuik, A. Szmytkowska u T. van Rijn, aġenti)

    Suġġett

    Appell ippreżentat mid-digriet tal-Qorti tal-Prim’Istanza (L-Ewwel Awla Estiża), tal-10 ta’ Ġunju 2009, Il-Polonja vs Il-Kummissjoni (T-258/4), li permezz tiegħu l-Qorti tal-Prim’Istanza ċaħdet bħala inammissibbli r-rikors għall-annullament parzjali tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 60/2004, tal-14 ta’Jannar 2004, li jistabbilixxi miżuri transitorji fis-settur taz-zokkor bħala riżultat tad-dħul tar-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, l-Ungerija, Malta, il-Polonja, l-Islovenja u l-Islovakkja (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 42, p. 125) — Data li fiha jibda jiddekorri t-terminu għall-preżentata ta’ rikors għal annullament — Interpretazzjoni żbaljata tar-raba’ paragrafu tal-Artikolu 230 tat-Trattat KE u tar-Regolament Nru 1 li jistabbilixxi l-lingwi li għandhom jintużaw mill-KEE (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 1, p. 3) — Ksur tad-dritt għal rimedju effettiv kif ukoll tal-prinċipji ta’ solidarjetà u ta’ bona fide — Irregolarità tal-proċedura li tirriżulta mir-rifjut tal-Qorti tal-Prim’Istanza li tilqa’ l-motivi marbuta mal-ksur ta’ dawn il-prinċipji.

    Dispożittiv

    (1)

    Id-digriet tal-Qorti tal-Prim’Istanza tal-Komunitajiet Ewropej, tal-10 ta’ Ġunju 2009, Il-Polonja vs Il-Kummissjoni (T-258/04), huwa annullat.

    (2)

    Il-kawża hija rrinvjata quddiem il-Qorti Ġenerali sabiex tiddeċiedi dwar it-talbiet tar-Repubblika tal-Polonja għall-annullament tal-Artikoli 5, 6(1) sa (3), 7(1) u 8(2)(a) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 60/2004, tal-14 ta’ Jannar 2004, li jistabbilixxi miżuri transitorji fis-settur taz-zokkor bħala riżultat tad-dħul tar-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, l-Ungerija, Malta, il-Polonja, l-Islovenja u l-Islovakkja.

    (3)

    L-ispejjeż huma rriżervati.


    (1)  ĠU C 282, 21.11.2009.


    Top