This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62009CA0075
Case C-75/09: Judgment of the Court (Fourth Chamber) of 17 June 2010 (reference for a preliminary ruling from the Commissione tributaria provinciale di Alessandria — Italy) — Agra Srl v Agenzia Dogane Ufficio delle Dogane di Alessandria (Regulation (EEC) No 2913/92 — Community Customs Code — Article 221(3) and (4) — Post-clearance recovery of the customs debt — Limitation period — Act which could give rise to criminal court proceedings)
Kawża C-75/09: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tas- 17 ta’ Ġunju 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Commissione Tributaria Provinciale di Alessandria — l-Italja) — Agra Srl vs Agenzia Dogane Ufficio delle Dogane di Alessandria ( “Regolament (KEE) Nru 2913/92 — Kodiċi Doganali tal-Komunità — Artikolu 221(3) u (4) — Irkupru a posteriori ta’ dejn doganali — Preskrizzjoni — Att li jista’ jagħti lok għal proċeduri ġudizzjarji kriminali” )
Kawża C-75/09: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tas- 17 ta’ Ġunju 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Commissione Tributaria Provinciale di Alessandria — l-Italja) — Agra Srl vs Agenzia Dogane Ufficio delle Dogane di Alessandria ( “Regolament (KEE) Nru 2913/92 — Kodiċi Doganali tal-Komunità — Artikolu 221(3) u (4) — Irkupru a posteriori ta’ dejn doganali — Preskrizzjoni — Att li jista’ jagħti lok għal proċeduri ġudizzjarji kriminali” )
ĠU C 221, 14.8.2010, p. 11–11
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
14.8.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 221/11 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tas-17 ta’ Ġunju 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Commissione Tributaria Provinciale di Alessandria — l-Italja) — Agra Srl vs Agenzia Dogane Ufficio delle Dogane di Alessandria
(Kawża C-75/09) (1)
(Regolament (KEE) Nru 2913/92 - Kodiċi Doganali tal-Komunità - Artikolu 221(3) u (4) - Irkupru a posteriori ta’ dejn doganali - Preskrizzjoni - Att li jista’ jagħti lok għal proċeduri ġudizzjarji kriminali)
2010/C 221/17
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Qorti tar-rinviju
Commissione Tributaria Provinciale di Alessandria
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Agra Srl
Konvenuta: Agenzia Dogane Ufficio delle Dogane di Alessandria
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Commissione Tributaria Provinciale di Alessandria — Interpretazzjoni tal-Artikolu 221(3) u (4) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92, tat-12 ta’ Ottubru 1992, li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 2, Vol. 4, p. 307) — Irkupru tal-ammont tad-dejn doganali — Skadenza tat-terminu għall-komunikazzjoni tal-ammont tad-dazju li għandu jiġi rkuprati fil-każ ta’ dejn li jirriżulta minn att li jista’ jagħti lok għal proċeduri ġudizzjarji kriminali — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprovdi għas-sospensjoni tal-imsemmi terminu sakemm id-deċiżjoni mogħtija fl-għeluq ta’ proċeduri kriminali mressqa minħabba l-att li jkun irriżulta fid-dejn doganali ssir res judicata.
Dispożittiv
L-Artikolu 221(3) u (4) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92, tat-12 ta’ Ottubru 1992, li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità, kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 2700/2000 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-16 Novembru 2000, għandu jiġi intepretat fis-sens li ma jipprekludix leġiżlazzjoni nazzjonali li abbażi tagħha, meta nuqqas ta’ ħlas ta’ dejn doganali li għandu bħala l-oriġini tiegħu ksur penali, it-terminu ta’ preskrizzjoni tad-dejn doganali jibda jiddekorri mill-ġurnata li fiha d deċiżjoni jew is-sentenza mogħtija wara t-tmiem ta’ proċeduri kriminali saret definittiva.