Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62008TO0041

Digriet tal-President tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-25 ta' April 2008.
Vakakis International - Symvouloi gia Agrotiki Anaptixi AE vs il-Kummisjoni tal-Komunitajiet Ewropej.
Proċedura Komunitarja ta’ sejħa għal offerti - Talba għal miżuri provviżorji - Telf ta’ opportunità - Locus standi - Ammissibbiltà tar-rikors prinċipali - Urġenza - Miżuri istruttorji.
Kawża T-41/08 R.

ECLI identifier: ECLI:EU:T:2008:128





Digriet tal-President tal-Qorti tal-Prim’Istanza tal-25 ta’ April 2008 – Vakakis vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-41/08 R)

“Proċedura Komunitarja ta’ sejħa għal offerti – Talba għal miżuri provviżorji – Telf ta’ opportunità – Locus standi – Ammissibbiltà tar-rikors prinċipali – Urġenza – Miżuri istruttorji”

1.                     Proċeduri għal miżuri provviżorji – Sospensjoni ta’ l-eżekuzzjoni – Miżuri provviżorji – Kundizzjonijiet għall-għoti – “Fumus boni juris” – Urġenza – Natura kumulattiva – Ibbilanċjar ta’ l-interessi kollha in kwistjoni (Artikoli 242 KE u 243 KE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Prim’Istanza, Artikolu 104(2)) (ara l-punti 23-25)

2.                     Proċeduri għal miżuri provviżorji – Kundizzjonijiet għall-ammissibbiltà – Ammissibbiltà prima facie tar-rikors prinċipali (Artikoli 242 KE u 243KE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Prim’Istanza, Artikolu 104(1)) (ara l-punt 34)

3.                     Proċeduri għal miżuri provviżorji – Kundizzjonijiet għall-ammissibbiltà – Rikors – Rekwiżiti proċedurali (Artikoli 242 KE u 243 KE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Prim’Istanza, Artikolu 104(2) u (3)) (ara l-punti 42-44)

4.                     Proċeduri għal miżuri provviżorji – Sospensjoni ta’ l-eżekuzzjoni – Miżuri provviżorji – Kundizzjonijiet għall-għoti – Urġenza – Dannu gravi u irreparabbli (Artikoli 242 KE u 243 KE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Prim’Istanza, Artikolu 104(2)) (ara l-punti 52-53, 65-66)

Suġġett

Talba għal miżuri provviżorji mressqa fil-kuntest tal-proċedura ta’ sejħa għal offerti EuropeAid/125241/C/SER/CY dwar il-provvista ta’ “assistenza teknika in sostenn tal-politika ta’ żvilupp rurali” fil-parti tat-tramuntana ta’ Ċipru.

Dispożittiv

1)

It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

2)

It-talba għal miżura istruttorja jew ta’ organizzazzjoni tal-proċedura hija miċħuda.

3)

Mhuwiex neċessarju li tiġi deċiża t-talba għal intervent.

4)

L-ispejjeż huma rriżervati, ħlief dawk sostnuti minn Agriconsulting Europe SA. Din ta’ l-aħħar għandha tbati l-ispejjeż fil-kuntest tat-talba tagħha għal intervent.

Top