Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62008TN0412

    Kawża T-412/08: Rikors ippreżentat fil- 25 ta' Settembru 2008 — Trubion Pharmaceuticals vs UASI — Merck (TRUBION)

    ĠU C 301, 22.11.2008, p. 55–56 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    22.11.2008   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    C 301/55


    Rikors ippreżentat fil-25 ta' Settembru 2008 — Trubion Pharmaceuticals vs UASI — Merck (TRUBION)

    (Kawża T-412/08)

    (2008/C 301/92)

    Lingwa tar-rikors: L-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrenti: Trubion Pharmaceuticals (Seattle, l-Istati Uniti) (rappreżentant: C. Hertz-Eichenrode, avukat)

    Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

    Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Merck KgaA (Darmstadt, il-Ġermanja)

    Talbiet tar-rikorrenti

    tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni);

    tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

    Motivi u argumenti prinċipali

    Applikant għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

    Trade mark Komunitarja kkonċernata: It-trade mark verbali “TRUBION” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 5 u 42

    Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat in sostenn tal-oppożizzjoni: Il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

    Trade mark jew sinjal invokat in sostenn tal-oppożizzjoni: Trade mark Komunitarja Reġistrazzjoni Nru 72 884 tat-trade mark verbali “BION” reġistrata għal diversi prodotti; Trade mark Komunitarja Reġistrazzjoni Nru 3 282 936 tat-trade mark figurattiva “TriBion Harmonis” reġistrata għal diversi prodotti

    Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: Laqgħet l-oppożizzjoni għall-prodotti fil-klassi 5 u ċaħditha għall-bqija tas-servizzi fil-klassi 42

    Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: Appell miċħud

    Motivi invokati: Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 40/94 peress li l-Bord tal-Appell (i) naqas milli jevalwa x-xebh tat-trade marks billi jieħu inkunsiderazzjoni l-impressjoni ġenerali tat-trade mark preċedenti, u (ii) naqas milli jieħu inkunsiderazzjoni l-interdipendenza tal-fatturi rilevanti, b'mod partikolari l-livell baxx ta' xebh tal-prodotti, fl-evalwazzjoni tal-probabbiltà ta' konfużjoni.


    Top