Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62008TJ0449

    Sentenza tal-Qorti Ġenerali (it-Tieni Awla) tat-18 ta' Ottubru 2011.
    SLV Elektronik GmbH vs l-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (trademarks u disinni) (UASI).
    Trade mark Komunitarja - Proċediment ta' oppożizzjoni - Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja figurattiva LINE - Trade marks nazzjonali verbali u figurattivi preċedenti Line - Rifjut parzjali għal reġistrazzjoni - Raġunijiet relattivi għal rifjut - Probabbiltà ta' konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 [li sar l-Artikolu 8(1)(b)tar-Regolament (KE) Nru 207/2009].
    Kawża T-449/08.

    ECLI identifier: ECLI:EU:T:2011:598





    Sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) tat-18 ta’ Ottubru 2011 – SLV Elektronik vs UASI – Jiménez Muñoz (LINE)

    (Kawża T-449/08)

    “Trade mark Komunitarja – Proċediment ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva LINE – Trade marks nazzjonali verbali u figurattivi preċedenti Line – Rifjut parzjali ta’ reġistrazzjoni – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 [li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009]”

    Trade mark Komunitarja - Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja - Raġunijiet relattivi għal rifjut - Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu - Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 42, 51-53)

    Suġġett

    Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tat-18 ta’ Lulju 2008 (Każ R 759/2007‑4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Angel Jiménez Muñoz u SLV Elektronik GmbH.

    Dispożittiv

    1)

    Id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI), tat-18 ta’ Lulju 2008 (Każ R 759/2007‑4), hija annullata għal dak li jirrigwarda l-prodotti “lampi li jaħdmu bil-kurrent elettriku, tagħmir u installazzjonijiet elettriċi, tagħmir elettriku ta’ effetti teatrali, lampi tal-elettriku u partijiet tal-prodotti msemmija li jaqgħu fil-klassi 11.

    2)

    L-UASI huwa kkundannat għall-ispejjeż.

    Top