Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62008TJ0200

    Sentenza tal-Qorti Ġenerali (it-Tieni Awla) tad-29 ta' Settembru 2010.
    Interflon BV vs l-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (trademarks u disinni) (UASI).
    Trade mark Komunitarja - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta' invalidità - Trade mark Komunitarja verbali FOODLUBE - Raġunijiet assoluti għal rifjut - Karattru deskrittiv - Karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) u (ċ) u Artikolu 51(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 [li sar l-Artikolu 7(1)(b) u (c) u l-Artikolu 52(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 2007/2009].
    Kawża T-200/08.

    ECLI identifier: ECLI:EU:T:2010:414





    Sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) tad-29 ta’ Settembru 2010 – Interflon vs UASI – Illinois Tool Works (FOODLUBE)

    (Kawża T-200/08)

    “Trade mark Komunitarja – Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità – Trade mark Komunitarja verbali FOODLUBE – Raġunijiet assoluti għal rifjut – Karattru deskrittiv – Karattru distintiv – Artikolu 7(1)(b) u (ċ) u Artikolu 51(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 [li saru l-Artikolu 7(1)(b) u (c) u l-Artikolu 52(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 2007/2009]”

    Trade mark Komunitarja - Ċessjoni, revoka u invalidità - Raġunijiet assoluti ta’ invalidità - Reġistrazzjoni li tmur kontra l-Artikolu 7(1)(b) u (ċ) tar-Regolament Nru 40/94 (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikoli 7(1)(b) u (ċ), u 51(1)(a)) (ara l-punti 31, 47, 48, 61-66)

    Suġġett

    Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tat-3 ta’ Marzu 2008 (Każ R 638/2007-2), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Interflon BV u Illinois Tool Works, Inc.

    Informazzjoni dwar il-kawża

    Trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett ta’ talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità:

    Trade mark verbali FOODLUBE għal prodotti fil-klassijiet 1 u 4 – Reġistrazzjoni Nru 1647734

    Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja:

    Illinois Tools Works, Inc.

    Parti li qed titlob l-invalidità tat-trade mark Komunitarja:

    Interflon BV

    Dritt għat-trade mark tal-parti li qed titlob l-invalidità::

    Ir-rikorrenti ssostni li t-trade mark ikkontestata kienet ġiet irreġistrata bi ksur tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 7(1)(b) u (ċ) tar-Regolament Nru 40/94

    Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni:

    Talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità miċħuda

    Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell::

    Appell miċħud


    Dispożittiv

    1)

    Id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI), tat-3 ta’ Marzu 2008 (Każ R 638/2007-2), hija annullata sa fejn hija tiċħad ir-rikors f’dak li jikkonċerna l-prodotti kimiċi ddestinati għall-industrija, fil-klassi 1, u ż-żjut u x-xaħmijiet industrijali kif ukoll il-lubrifikanti, fil-klassi 4.

    2)

    Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

    3)

    Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha.

    Top